Archive for Aħbarijiet mil-Parlament Ewropew

Jeħtieġ li l-istati membri jarmonizzaw il-valutazzjonijiet u l-miżuri

  Il-MPE jgħidu li definizzjonijiet komuni, kriterji u metodoloġiji tas-saħħa huma essenzjali biex tiġi miġġielda l-pandemija li għaddejja bħalissa u l-konsegwenzi ekonomiċi tagħha fl-UE.  Imħassba biż-żieda reċenti fil-każijiet pożittivi tal-COVID-19 madwar l-Ewropa, il-MPE ddeploraw li l-Istati Membri ma ħadux il-lezzjonijiet mill-bidu tal-kriżi u reġgħu ħadu miżuri differenti u mhux koordinati.  F’reżoluzzjoni adottata b’595 vot favur, 50 kontra u 41 astensjoni nhar il-Ħamis, huma indikaw in-nuqqas ta’ metodoloġija armonizzata użata biex jinġabar u jiġi evalwat l-għadd ta’ persuni infettati, li jwassal għal valutazzjonijiet tar-riskju għas-saħħa u restrizzjonijiet differenti tal-moviment liberu għal persuni li jivvjaġġaw minn pajjiżi oħra tal-UE.  Wara dibattitu mal-Kummissarju Didier Reynders u l-Ministru Michael Roth tal-presidenza Ġermaniża, il-Parlament iħeġġeġ lill-Istati Membri biex:  jadottaw l-istess definizzjoni għal każ pożittiv ta’ COVID-19, għal mewt bil-COVID-19 u għall-irkupru mill-infezzjoni,  jirrikonoxxu reċiprokament ir-riżultati tat-testijiet fl-Istati Membri kollha,  jaqtaw il-ħinijiet sproporzjonati ta’ stennija għat-testijiet  jistabbilixxu perijodu komuni ta’ kwarantina,  Jikkoordinaw ir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar meta jkun meħtieġ, f’konformità mal-proposta tal-Kummissjoni u  jiddiskutu kif wieħed jista’ jerġa’ lura għal żona Schengen li tiffunzjona bis-sħiħ, mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni u pjanijiet ta’ kontinġenza, malajr kemm jista’ jkun.    Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) għandu jkun inkarigat mill-valutazzjoni tar-riskju tat-tixrid tal-virus u…
Continue Reading

Kapaċità akbar ta’ Protezzjoni Ċivili tal-UE meħtieġa fid-dawl tal-lezzjonijiet mill-COVID-19

  Il-mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili (UCPM) appoġġja b’suċċess lill-istati membri biex isalvaw il-ħajjiet, inkluż matul il-kriżi tal-COVID-19, permezz tal-koordinazzjoni u l-assistenza tal-isforzi tal-protezzjoni ċivili. Tagħmir mediku bħal ventilaturi, tagħmir protettiv personali, vaċċini…
Continue Reading

Il-liġi tal-klima tal-UE: L-Ewro Parlamentari jridu jżidu l-mira fit-tnaqqis tal-emissjonijiet sa 60% sal-2030

  Nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Settembru 2020, il-Kumitat dwar l-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sigurtà fl-Ikel addotta r-rapport dwar il-liġi tal-klima tal-UE b’46 vot favur, 18 kontra u 17-il astensjoni.  L-Ewro Parlamentari jappoġġjaw…
Continue Reading

L-UE trid issaħħaħ il-miżuri biex tindirizza n-nuqqasijiet fil-mediċini

F’rapport dwar in-nuqqas ta’ mediċini, adottat b’79 vot favur, vot kontra u ebda astensjoni, il-Kumitat tal-Parlament Ewropew dwar l-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sigurtà fl-Ikel dan l-aħħar indirizza l-kawżi primarji tan-nuqqas fil-mediċini. Il-kumitat…
Continue Reading

Il-futur tal-Belarus jista’ biss jiġi deċiż miċ-ċittadini tiegħu

  “Il-futur tal-Belarus jista’ biss jiġi determinat miċ-ċittadini tiegħu permezz ta’ proċess demokratiku normali li jħares il-libertajiet tagħhom. Intervent minn barra fil-kriżi li għaddej minnu l-pajjiż mhux se jkun tollerat.  David Sassoli, il-President…
Continue Reading

L-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar is-Sigurtà tal-Unjoni hija l-ewwel pass tajjeb

  Brussell huwa l-post fejn l-istrateġiji tas-sigurtà ta’ diversi tipi jiżdiedu. Segwaċi fit-tul tal-UE jiftakru l-Istrateġija Ewropea tas-Sigurtà tal-2003 u r-rapport tagħha dwar l-implimentazzjoni tal-2008.  Imbagħad, fl-2016, ġiet l-Istrateġija Dinjija tal-UE. Minbarra…
Continue Reading

Għotjiet finanzjarji għal azzjonijiet ta’ kuntatt miċ-ċittadini: sejħa mill-Parlament Ewropew għal proposti Il-Parlament Ewropew ħareġ sejħa ta’ propos

Il-Parlament Ewropew ħareġ sejħa ta’ proposti għall-ko-finanzjar ta’ azzjonijiet ta’ kuntatt miċ-ċittadini. Azzjonijiet proposti taħt din is-sejħa għandhom jimmiraw biex jikkontribwixxu għall-għarfien  taċ-ċittadini dwar ir-rwol u l-valuri demokratiċi tal-Unjoni Ewropea…
Continue Reading

Il-budget fit-tul tal-UE irid jittejjeb biex il-Parlament Ewropew jaċċettah

  F’resoluzzjoni dwar il-konklużjonijiet tal-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew li tlaqqa’ bejn  is-17 u l-21 ta’ Lulju 2020, addottata b’465 vot kontra 150, b’67 astensjoni, il-Membri Parlamentari Ewropej sellmu lill-vittmi tal-coronavirus  u lill-ħaddiema…
Continue Reading