It-tim ĠEMMA tella’ għodda ġdida – it-Tracker bil-Għan li Tfaddal.  Niżżel It-TRACKER BIL-GĦAN LI TFADDAL ta’ ĠEMMA billi tikklikkja hawn.

L-ewwel trid tistabbilixxi l-għanijiet tat-tfaddil tiegħek. Għaliex qed iġġemma’?  L-għanijiet tat-tfaddil tiegħek jistgħu jkunu għall-manutenzjoni fid-dar jew għax-xiri ta’ kamra tas-sodda ġdida għat-tifla. Tista’ tkun qed iġġemma’ għal vaganza mal-familja. Tista’ tkun qed iġġemma’ għall-irtirar jew għall-fond għal meta jinqala’ xi ħaġa mhux mistennija.  Tista’ tkun qed iġġemma’ għal dawn ir-raġunijiet  kollha.

Ladarba tkun taf għaliex qed iġġemma’, hu importanti li tiddetermina kemm flus għandek bżonn tfaddal kull xahar sabiex tilħaq kull għan. Għaqqad l-għanijiet kollha ta’ tfaddil ta’ kull xahar tiegħek f’somma waħda. Trid issib dak l-ammont ta’ flus fil-baġit tiegħek – il-flus jiġu mwarrba sabiex tilħaq l-għanijiet tat-tfaddil tiegħek.

It-Tracker bil-Għan li Tfaddal jgħinek tagħmel dan.  Hawn taħt nispjegaw:

Taqsima A-1: It-Tracker bil-Għan li Tfaddal jippermettilek li ssegwi sa 5 għanijiet. Biex telenka  l-għan tiegħek għafas fuq “Għanijiet li Trid Tikseb (Goals to achieve)” għal kwalunkwe wieħed mill-għanijiet.  Biex iddaħħal il-“Valur tal-Għan (Goal Target Value)” għandek tikklikkja fuq “Il-Valur tal-Għan” għal kwalunkwe wieħed mill-għanijiet.  Fl-eżempju ta’ hawn taħt, l-Għan 1 huwa vaganza tas-sajf tal-familja, filwaqt li l-Valur tal-Għan huwa ta’ €2,000 – jiġifieri l-mira li ġġemma f’€ tissettjaha għalik innifsek.

Taqsima A-2: Dan huwa t-Tracker bil-Għan tat-Tfaddal.  F’din it-taqsima tara kemm ġemmajt għal kull għan, u l-bilanċ li jifdal li għadek trid iġġemma’ biex tilħaq l-għan imsemmi.  Il-grafika tipprovdilek ħarsa rapida ta’ fejn qiegħed biex tilħaq l-għan tiegħek.

Taqsima B: Dan huwa l-Planner li Jimmaniġġja dak li Ġemmajt.  F’din it-taqsima taqbad dak li ġġemma kull xahar sabiex tkun f’pożizzjoni li tilħaq l-għanijiet ta’ tfaddil tiegħek u kif għandek tqassam dan li faddalt ta’ kull xahar fost l-għanijiet tiegħek.  F’dan l-eżempju iddeċidejt li twarrab €600 fix-xahar u tqassmu b’mod ugwali, 25% għal kull għan.