Archive for article
Jekk irridu l-ikel fuq il-mejda rridu nieħdu ħsieb l-art maħduma tagħna
Meta naraw kif il-bidla fil-klima qed tħalli lis-sigurta’ tal-ikel tagħna, u lilna lkoll, imdendlin fin-nofs, wasal iż-żmien biex nieqfu naġixxu qisu d-dinja hija xi maħżen bla qiegħ ta’ affarijiet tajbin. Li wieħed jitħasseb hu x’aktarx l-aktar reazzjoni ottimista għall-messaġġ li qed iwassal rapport dwar il-bidla tal-klima u l-art…
Nissoktaw inpoġġu lill-ħaddiem fiċ-ċentru tal-ħidma fl-isfond tad-dinja diġitali
Il-bidliet fid-dinja tax-xogħol huma inevitabbli imma dawn qed jaċċelleraw b’ċertu ritmu li sempliċiment m’aħniex mgħammra biżżejjed biex naddattaw għalihom malajr. Bla dubju, il-profitt jibqa’ l-aktar inċentiv b’saħħtu għal ħafna postijiet ta’ xogħol. Il-kumpaniji se jibqgħu jinvestu f’teknoloġiji ġodda…
Blacklist ġdida tal-UE kontra l-ħasil tal-flus f’Ottubru
L-Unjoni Ewropea se tiżvela metodoloġija ġdida għall-blacklist tagħha ta’ pajjiżi terzi kontra l-ħasil tal-flus f’Ottubru. Blacklist preċedenti kien imwaqqfa minn gvernijiet Ewropej wara tilwima diplomatika fuq l-inklużjoni tal-Arabja Sawdita u erba’ territorji Amerikani. …
L-UE tipproteġi: il-Fond għas-Sigurtà Interna
B’budget totali ta’ € biljun allokat għal perjodu ta’ seba’ snin (2014-2020), il-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF) tippromwovi l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea dwar is-Sigurtà Interna, kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi u t-tmexxija tal-fruntieri esterni…
Il-bidla fil-klima hi waħda mill-fatturi li qed iżżid il-ġuħ dinji
L-estremitajiet fit-temp kawżati mill-bidla fil-klima diġa’ qed jolqtu l-ħsad u provvisti tal-ikel madwar id-dinja, inkluż fl-Ewropa. Dan ħareġ minn rapport tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) dwar is-sigurta’ fl-ikel li fisser, fost oħrajn, kif il-bidla…
Nikkultivaw l-imħabba għat-tagħlim matul il-ħajja
Ħafna nies jassoċjaw it-tagħlim mal-edukazzjoni formali fl-iskola, f’dik post-sekondarja u fl-universita’. Ġeneralment huwa veru li edukazzjoni formali u l-kwalifiki li jirriżultaw huma importanti. L-edukazzjoni tista’ timmassimizza l-potenzjal tagħna biex insibu impjiegi aħjar u…
Il-fergħa edukattiva FSS Ltd. ta’ UĦM Voice of the Workers b’dehra ġdida
Imnedija korsijiet li jwasslu għall-O’Levels u għall-A’Levels FSS Ltd, il-kumpanija sussidjarja tal-UĦM, ilha għal dawn l-aħħar ftit snin, minn ta’ quddiem tipprovdi ħiliet għax-xogħol lil żgħażagħ li mhumiex fl-edukazzjoni, mhumiex jaħdmu jew li mhux qed jitħarrġu. FSS Ltd. ukoll għenet lil persuni adulti li kienu ilhom bla impjieg għal diversi xhur. Fil-fatt, FSS Ltd. kienet strumentali biex mexxiet l-iskema Garanzija taż-Żgħażagħ u l-inizjattiva Work Programme. Aktar informazzjoni dwar dawn il-proġetti tinstab billi tidħol fuq dan il-link: ). Barra minn hekk, matul din l-aħħar sena, FSS Ltd. bdiet tespandi u ħasset il-ħtieġa li twettaq eżerċizzju biex ittejjeb id-dehra u l-operat tagħha. Fil-fatt, FSS Ltd. se tibda tissejjaħ St. Gabriel’s Institute. St. Gabriel’s Institute se jkun attiv fl-edukazzjoni u se jkun qed iżewweġ it-teknoloġija ma’ metodi tradizzjonali ta’ tagħlim. L-istudenti se jkollhom portal li permezz tiegħu se jkunu jistgħu jiksbu n-noti kollha tagħhom u jkollhom aċċess għax-xogħol tagħhom. Aktar minn hekk, il-ġenituri wkoll se jkollhom aċċess għal informazzjoni dwar il-progress tat-tifel/tifla tagħhom. App fuq il-mowbajl ukoll se tiġi introdotta sabiex dan it-tagħrif ikun disponibbli. Sabiex tniedi d-dehra ġdida tagħha, FSS…
Is-sejba u l-protezzjoni ta’ vittmi ta’ traffikar uman f’zoni ta’ konflitt
It-traffikar tal-bnedmin iseħħ f’kull pajjiż fid-dinja, u għandu dimensjonijiet qawwija tal-ġeneru. Fl-Ewropa, l-isfruttar sesswali hu l-aktar forma mifruxa ta’ traffikaw, segwit bix-xogħol sforzat. In-nisa u l-bniet ikopru l-maġġoranza tal-vittmi kollha tat-traffikaw. Fuq livell Ewropew, ħafna…
Iż-żamma privata ta’ informazzjoni personali
Iż-żamma tal-privatezza fid-dinja diġitali tal-lum mhix xi inizjattiva żgħira. B’ħafna minna li nżommu diversi abbonamenti għal servizzi differenti fuq l-internet, saret aktar importanti minn qatt qabel li tkun taf x’informazzjoni qed nipprovdu u kif din…









