Iż-żamma tal-privatezza fid-dinja diġitali tal-lum mhix xi inizjattiva żgħira. B’ħafna minna li nżommu diversi abbonamenti għal servizzi  differenti fuq l-internet, saret aktar importanti minn qatt qabel li tkun  taf x’informazzjoni qed nipprovdu u kif din qed tkun użata. 

Ir-Regolamentazzjoni dwar il-Ħarsien tad-Data Ġenerali (GDPR) tal-Unjoni Ewropea tfittex biex b’mod aħjar tassigura l-ħarsien tad-data għaċ-ċittadini u n-negozji kollha, li tirregola kif id-data li wieħed jipprovdi hija wżata u tassigura lil kulħadd biex ikun konxju ta’ drittijietu dwar il-privatezza. Dan huwa importanti ħafna għax il-GDPR tindirizza sfidi ġodda maħluqa minn avvanzi teknoloġiċi u innovazzjonijiet diġitali. 

Tipprovdi kif entitajiet pubbliċi u privati jistgħu jużaw id-data tiegħek, iż-żmien li għandha tinżamm din l-informazzjoni, u drittijietek meta ssir bidla jew tħassir tad-data li l-entitajiet għandhom dwarek. 

It-tisħiħ tad-drittijiet fil-ħarsien tad-data huwa essenzjali. Għal iżjed informazzjoni, irreferi għall-website tal-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data, jew ikkuntattja lil MEUSAC permezz tal-email fuq info.meusac@gov.mt jew ċempel fuq 2200 3300.