Imnedija korsijiet li jwasslu għall-O’Levels u għall-A’Levels  FSS Ltd, il-kumpanija sussidjarja tal-UĦM, ilha għal dawn l-aħħar ftit snin, minn ta’ quddiem tipprovdi ħiliet għax-xogħol lil żgħażagħ li mhumiex fl-edukazzjoni, mhumiex jaħdmu jew li mhux qed jitħarrġu. FSS Ltd. ukoll għenet lil persuni adulti li kienu ilhom bla impjieg għal diversi xhur. Fil-fatt, FSS Ltd. kienet  strumentali biex mexxiet l-iskema Garanzija taż-Żgħażagħ u l-inizjattiva  Work Programme. Aktar informazzjoni dwar dawn il-proġetti tinstab billi tidħol fuq dan il-link: ).  Barra minn hekk, matul din l-aħħar sena, FSS Ltd. bdiet tespandi u ħasset il-ħtieġa li twettaq eżerċizzju biex ittejjeb id-dehra u l-operat tagħha. Fil-fatt, FSS Ltd. se tibda tissejjaħ St. Gabriel’s Institute. St. Gabriel’s Institute se jkun attiv fl-edukazzjoni u se jkun qed iżewweġ it-teknoloġija ma’ metodi tradizzjonali ta’ tagħlim.  L-istudenti se jkollhom portal li permezz tiegħu se jkunu jistgħu jiksbu n-noti kollha tagħhom u jkollhom aċċess għax-xogħol tagħhom. Aktar minn hekk, il-ġenituri wkoll se  jkollhom aċċess għal informazzjoni dwar il-progress tat-tifel/tifla tagħhom. App fuq il-mowbajl ukoll se tiġi introdotta sabiex dan it-tagħrif ikun disponibbli.  Sabiex tniedi d-dehra ġdida tagħha, FSS…
Continue Reading