B’budget totali ta’ €3.8 biljun allokat għal perjodu ta’ seba’ snin (2014-2020), il-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF) tippromwovi l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea dwar is-Sigurtà Interna, kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi u t-tmexxija tal-fruntieri esterni tal-UE. 

L-ISF huwa maqsum f’żewġ strumenti differenti: 1) il-Fruntieri ISF u l-VISA u 2) il-Pulizija tal-ISF – kooperazzjoni, il-prevenzjoni u l-ġlieda tal-kriminalità, u t-tmexxija tal-kriżijiet. 

L-objettiv tal-Fruntieri ISF u l-VISA hu biex  ikun assigurat li l-fruntieri tal-Unjoni jkunu siguri filwaqt li jkun iffaċilitat l-ivjaġġar leġittimu. L-istati  kollha tal-UE, minbarra l-Irlanda u r-Renju Unit, ipparteċipaw fl-implimentazzjoni tal-istrument ISF-Borders. L-erba’ pajjiżi assoċjati ma’ Schengen (l-Islanda, Liechtenstein, in-Norveġja u l-Isvizzera) ukoll ipparteċipaw fl-istrument Fruntieri ISF u l-VISA. 

Min-naħa l-oħra, il-Pulizija ISF tfittex li tassigura livell għoli ta’ sigurtà fi ħdan l-UE – l-enfasi tkun fuq il-ġlieda tal-kriminalità u t-tmexxija tar-riskji u l-kriżijiet. L-istati kollha tal-UE minbarra d-Danimarka u r-Renju Unit ħadu sehem fl-implimentazzjoni tal-Pulizija ISF. 

Matul is-sena, numru ta’ opportunitajiet differenti dwar il-fondi huma eliġibbli permezz ta’ sejħiet għall-applikanti taħt dan il-Fond. Entitajiet li huma eliġibbli taħt  dan il-Fond. Entitajiet li huma eliġibbli għal dawn is-sejħiet jinkludu korpi pubbliċi, entitajiet li jaħdmu bla profitt, u entitajiet li jaħdmu bi profitt. Il-lista ta’ entitajiet  eliġibbli jistgħu  jvarjaw minn sejħa waħda għal oħra. 

Għal aktar informazzjoni dwar l-ISF jew programm ieħor ta’ fondi mill-UE, ikkuntattjaw lil MEUSAC fuq info@meusac.gov.mt  jew inkella ċempel fuq 2200 3300.