L-Unjoni Ewropea se tiżvela metodoloġija ġdida għall-blacklist tagħha ta’ pajjiżi terzi kontra l-ħasil tal-flus f’Ottubru. Blacklist preċedenti kien imwaqqfa minn  gvernijiet Ewropej wara tilwima diplomatika fuq l-inklużjoni tal-Arabja Sawdita u  erba’ territorji Amerikani. 

Vera Jourova, il-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja qalet li f’Ottubru l-kummissjoni l-ġdida se tniedi metodoloġija ġdida sabiex tattakka ġurisdizzjonijiet barranin li jfallu milli jindirizzaw bis-serjeta’ il-ħasil tal-flus u riskji mill-iffinanzjar terroristiku. 

Fi Frar 2019, Jourova introduċiet abbozz ta’ blacklist li tkopri 23 pajjiżi li mhumiex fl-UE, fosthom, pajjiżi bħall-Arabja Sawdita, il-Panama u n-NiġerjaJourova qalet il-kummissjoni, għandhom nuqqasijiet strateġiċi fir-reġimi tagħhom kontra l-ħasil tal-flus. 

Xahar wara, il-gvernijiet Ewropej irrifjutaw il-lista wara lobbying  kbir mill-Arabja Sawdita u l-Istati Uniti. Il-gvernijiet Ewropej ikkritikaw il-mod kif il-pajjiżi ntgħa żlu għall-allegati nuqqasijiet kontra l-ħasil tal-flus u l-avviż qasir li ngħata sabiex tingħata risposta għas-sejbiet. 

Taħt il-proċess, il-Kummissjoni Ewropea għall-ewwel elenkat 54 pajjiż, inkluż il-Gżejjer Cayman, ibbażati fuq ir-rabtiet ekonomiċi mal-UE, l-impatt sistemiku tagħhom fuq l-integrita’ tas-sistema finanzjarja Ewropea u jekk ġewx klassifikati mill-Fond Monetarju Internazzjonali bħala ċentri finanzjarji offshore. 

Għal kull pajjiż li ntgħażel, il-Kummissjoni mbagħad  analizzat il-livell tat-theddid eżistenti, il-qafas legali u kontrolli biex jipprevjenu l-ħasil tal-flus u riskji tal-iffinanzjar terroristiku, u l-implimentazzjoni effettiva. Il-Kummissjoni qalet li wkoll ikkunsidrat ix-xogħol tal-Financial Action Task Force (FATF), l-awtorita’ internazzjonali kontra l-ħasil tal-flus. Minbarra t-12-il pajjiż elenkati mill-FATF, il-Kummissjoni kienet ippjanat li żżid 11-il ġurisdizzjoni ġdida. 

Jourova qalet li l-metodoloġija l-ġdida ġiet żviluppata flimkien ma’ gvernijiet Ewropej, li stqarrew li qabel ma kinux involuti b’mod suffiċjenti. Din il-metodoloġija l-ġdida x’aktarx li ġġib riżultati differenti, qalet il-Kummissarju Ewropew, u żiedet li għadha konvinta li kienet deċiżjoni tajba li l-Arabja Sawdita tkun fuq il-lista.