Il-vjolenza kontra n-nisa hija iżjed prevalenti fl-UE u timponi spejjeż kbar fuq il-vittmi u s-soċjeta’. Sa  minn l-aħħar tad-Disgħinijiet, l-Unjoni Ewropea ffinanzjat proġetti bl-għan speċifiku li tkun miġġielda l-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet. 

L-Inizjattiva Daphne, imnedija fl-1997, addattat maż-żmien u issa hi objettiv speċifiku fi ħdan il-Programm tad-Drittijiet, l-Ugwaljanza u ċ-Ċittadinanza 2014 – 2020. Madwar €17-il miljun ġew iddedikati fil-ġlieda kontra l-vjolenza lejn in-nisa, it-tfal u ż-żgħażagħ permezz ta’ dan l-oġġettiv  speċifiku fl-2017. 

L-ippjanar bil-quddiem għall-Qafas Finanzjarju Multi-Annwali wara l-2020, finanzjar eżistenti mmirat biex tkun eliminata l-vjolenza bbażata fuq il-ġeneru hu analizzat sabiex ikunu identifikati l-prijoritajiet għaċ-ċiklu li jmiss tal-iffinanzjar Ewropew. 

L-objettivi tal-istudju jinkludu dan li ġej: 

  • L-assessjar tar-rilevanza tal-prijoritajiet u azzjonijiet finanzjati għall-objettiv tal-programm Daphne, u l-estent li għalihom il-prijoritajiet tal-azzjonijiet finanzjati jilħqu l-ħtiġiet tal-grupp milqut; 
  • L-analiżi tal-effettivita’ tal-azzjonijiet finanzjati biex jikkontribwixxu lejn l-objettivi tal-programm Daphne inkluż il-valur tal-appoġġ dirett lejn il-vittmi tal-vjolenza; 
  • L-investigazzjoni  tal-iskop tal-ko-erenza/kumplimentarita’ tal-fondi Daphne mal-programmi Ewropej oħrajn.