Happy baby playing with toy blocks in the kindergarten.

Leave itwal u mħallas tal-maternita’ u tal-paternita’ joffri opportunita’ lill-ġenituri sabiex iqattgħu aktar  ħin mat-trabi tagħhom. Skont riċerka ġdida, il-benefiċċji edukattivi għall-ulied ivarjaw ħafna, u dawn jiddependu mit-trobbija tagħhom u mill-kwalifiki jew l-isfond edukattiv tal-ġenituri. 

Mir-riċerka jirriżulta li l-ulied ta’ ġenituri edukati ħafna u tal-klassi medja jiksbu effetti pożittivi kbar fir-riżultati ta’ l-eżamijiet jekk il-ġenituri tagħhom jieħdu perijodi twal ta’ leave imħallas wara t-twelid ta’ uliedhom. 

Skont akkademiċi mill-universitajiet ta’ Warwick u Munich, l-effetti kienu sinifikament partikulari għas-subien. Ir-riċerka tagħhom tipprovdi l-ewwel riżultati konkreti dwar kif il-leave tal-ġenituri jista’ jaffettwa l-iżvilupp tat-tfal. 

L-istudju wkoll sab li għal ġenituri b’ebda taħriġ edukattiv wara l-iskola obbligatorja, leave itwal tal-maternita’ huwa kompatibbli ma’ riżultati baxxi fl-eżamijiet li jkunu qagħdu għalihom uliedhom bħala adoloxxenti. 

Ir-riċerkaturi minn Warwick u mill-Istitut Ifo ta’ Munich ma sabu ebda effett b’mod ġenerali fuq ir-riżultati tat-tfal aktar tard fiż-żmien, mindu jkun estiż il-leave tal-ġenituri minn sena għal sentejn. Iżda meta jħarsu lejn ir-riżultati f’aktar  dettall, huma kienu sorpriżi biex żvelaw qassma b’saħħitha bbażata fuq l-edukazzjoni tal-ġenituri. 

Ir-riċerka minn Natalia Danzer, deputat direttur ta’ Ifo u Prof. Victor Lavy mill-Universita’ ta’ Warwick – pubblikata fil-ġurnal Royal Economic Society – għamlet użu minn informazzjoni li nġabret wara li l-Awstrija estendiet il-leave imħallas minn sena għal sentejn għal tfal li twieldu wara Ġunju 1990. Għalkemm it-tagħrif ġie mill-Awstrija, il-livelli simili tad-dħul u ta’ l-edukazzjoni fil-popolazzjoni tal-pajjiż fissru li r-riżultati kienu rilevanti għal pajjiżi żviluppati oħrajn  fl-Ewropa. 

L-effetti negattivi li ħarġu fost ulied ta’ ġenituri b’livelli baxxi ta’ edukazzjoni jistgħu jkunu kawżati b’ħin imnaqqas u minn nuqqas fir-riżorsi. Dan għax ikunu ħallew iqsar żmien bejn biex kellhom aktar  tfal. 

L-awturi qalu li r-riċerka hi rilevanti ħafna f’pajjiżi li għandhom nuqqas ta’ postijiet formali suffiċjenti fil-ħarsien tat-tfal barra d-dar għal tfal taħt l-eta’ ta’ sentejn. 

Riċerka preċedenti – pubblikata fil-Quarterly Journal of Economics, li trattat l-effett tal-provvista tas-suq tax-xogħol tal-ommijiet – sabet li l-irdoppjar ta’ leave imħallas tal-ġenituri ma kellu ebda effett fuq l-impjieg medju jew fit-tul kif ukoll id-dħul finanzjarju tal-ommijiet.