Studji tal-Eurostat minn madwar l-UE jindikaw li l-kisba ta’ finanzjar estern hi ostaklu prinċipali għal start-ups kummerċjali madwar  il-gruppi soċjo-demografiċi kollha. Minbarra l-użu ta’ finanzjar individwali, is-sorsi prinċipali ta’ appoġġ finanzjarju jiġu fl-għamla ta’ self mill-bank, minn awtoritajiet pubbliċi u minn kapital ta’ riskju. L-aċċess għal dawn is-sorsi huwa vitali, speċjalment  għan-nisa u ż-żgħażagħ, għax dawn huma kategoriji ta’ imprendituri li l-aktar jistgħu jintlaqtu minn opportunitajiet innovattivi ta’ finanzjar. 

Il-Crowdfunding hu wieħed mill-oqsma ġodda għall-iffinanzjar ta’ start-ups kummerċjali. Jimxi fuq l-idea li l-iffinanzjar jiġi minn diversi persuni li jinvestu somom żgħar ta’ flus, milli minn xi istituzzjoni kbira, issoltu permezz tal-internet. Fi crowdfunding ibbażat fuq l-investiment, il-kontributuri jixtru strumenti finanzjarji, u allura r-rwol intermedjarju minn pjattaforma  tal-crowdfunding tista’ titqies bħala servizz ta’ investiment. Il-ħidma ta’ pjattaformi tal-crowdfunding fuq l-internet għamlitha possibbli għalihom biex joffru s-servizzi tagħhom lil numru ikbar ta’ persuni, inkluż individwi minn stati membri differenti. 

Mill-aspett  ta’ policy, hemm talba dejjem tiżdied għal regolamentazzjoni aħjar. Il-Kummissjoni Ewropea pproponiet regolamentazzjoni li timmira biex tistabbilixxi regoli uniformi dwar il-crowdfunding f’livell Ewropew. Il-MEUSAC se torganizza sessjoni ta’ konsultazzjoni sabiex  tiġbor il-veduti tal-partijiet interessati rigward aspetti bejn fruntiera u oħra u dawn transnazzjonali tal-proposta li jistgħu  jservu ta’ opportunita’ għal start-ups Maltin.