Tagħlim Individwali – konsultazzjoni pubblika
It-transizzjonijiet diġitali u ħodor u t-tfixkil ikkaġunat mill-COVID-19 qed iġibu bidliet strutturali sinifikanti fis-swieq tax-xogħol u fundamentalment ibiddlu r-rekwiżiti tal-ħiliet ta’ ħafna impjiegi. Dan iżid l-importanza li jinbnew il-ħiliet matul il-ħajja biex jitnaqqsu d-distakki fil-ħiliet, jiġu appoġġati t-transizzjonijiet tas-suq tax-xogħol u titrawwem l-inklużjoni soċjali.
Fl-istess ħin, numru dejjem jikber ta’ individwi (ħaddiema f’ċertu xogħlijiet bħal dawk part-time, temporanji, tal-platforms u dawk li jaħdmu għal rashom) huma f’riskju li ma jirċevux biżżejjed appoġġ għat-taħriġ minn min iħaddem.
Il-Kummissjoni Ewropea nediet konsultazzjoni pubblika dwar tagħlim individwali, li se tibqa’ miftuħa sas-16 ta’ Lulju, 2021.
Dawn il-programmi ta’ taħriġ joffru ammont ta’ fondi li wieħed ikun jista’ juża fuq taħriġ u biex itejjeb il-ħiliet. Aktar informazzjoni tinkiseb hawn.