Eurofound – il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol – ilha tistudja l-implikazzjonijiet estensivi tal-pandemija COVID-19 għall-mod kif in-nies jgħixu u jaħdmu madwar l-Ewropa.

Sal-lum saru żewġ rawnds ta’ stħarriġ fuq l-internet: wieħed f’April 2020, meta ħafna Stati Membri kienu magħluqa, u ieħor f’Lulju, meta s-soċjetà u l-ekonomiji kienu qed jerġgħu jinfetħu bil-mod.

It-tielet rawnd, disponibbli fi 22 lingwa, issa għaddej u se jkun miftuħ sad-29 ta’ Marzu 2021, minħabba li l-pajjiżi għadhom qed jittrattaw ma’ diversi livelli ta’ lockdown biex irażżnu t-tixrid ta’ varjanti ġodda tal-virus, waqt li l-programmi ta’ tnedija tal-vaċċini għaddejjin.

L-istħarriġ għandu l-għan li jgħin lil dawk li jfasslu l-politika biex iġibu rkupru ugwali mill-kriżi, b’mistoqsijiet relatati mas-sodisfazzjon tal-ħajja, is-saħħa, il-livelli ta’ fiduċja fl-istituzzjonijiet, is-sitwazzjoni tax-xogħol, il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, ix-xogħol mill-bogħod, l-iskola bl-internet, l-użu ta’ servizzi online, kif ukoll l-użu ta’ skemi ta’ appoġġ tal-Gvern matul il-pandemija.

Ir-rapport sħiħ li jkopri l-ewwel u t-tieni rawnd tal-istħarriġ jinsab disponibbli. Ħu sehem fl-istħarriġ biex tikkontribwixxi għat-tielet rawnd ta’ konsu