Regolamenti Ewropej dwar ħaddiema li jintbagħtu jaħdmu f’pajjiżi oħrajn, ibbażati fuq “ħlas indaqs għall-istess xogħol”, se japplikaw għat-twassil ta’ oġġetti  b’kull mezz ta’ trasport. Dan skont emendi approvati mill-Kumitat tat-Trasport fi ħdan il-Parlament Ewropew. Dan  ifisser li l-istess regolamenti tal-ħlas japplikaw għal sewwieq ta’ trakk li jwassal l-affarijiet fi stat membru ieħor wara xi trasportazzjoni bejn pajjiż u ieħor, u sewwieqa fil-pajjiż fejn ikun qed jaħdem. 

Ewro Parlamentari fi ħdan il-Kumitat tat-Trasport ukoll ipproponew bidliet sabiex  ikunu assigurati kundizzjonijiet ta’ mistrieħ aħjar għas-sewwieqa. Bħala eżempju, il-kumpaniji se jkollhom jorganizzaw it-timetables tagħhom sabiex, darba kull tliet ġimgħat, is-sewwieqa jkollhom l-opportunita’ li jirritornaw id-dar jew lejn lokalita’ oħra tal-għażla tagħhom għal waqfa ta’ ġimgħa għall-mistrieħ. 

L-assigurazzjoni ta’ kompetizzjoni ġusta 

Ir-regolamenti fi stadju  ta’ abbozz jimmiraw li jtejbu l-ispezzjonijiet fuq is-sewwieqa u fit-toroq kif ukoll biex  isaħħu  l-koperazzjoni bejn  l-awtoritajiet nazzjonali ħalli jindirizzaw il-frodi relatati mal-ħin tax-xogħol, il-perijodi ta’ mistrieħ, it-trasport b’kull mezz u l-istazzjonar tal-ħaddiema. 

L-Ewro Parlamentari appoġġjaw il-limiti l-ġodda tal-ħin biex l-affarijiet ikunu trasportati fi ħdan pajjiż ieħor Ewropew wara li jkunu qassmu  l-fruntiera, minflok il-limitu preżenti bbażat fuq  in-numru ta’ trasportazzjonijiet. Il-qasma minn fruntiera għal oħra trid tkun irreġistrata sabiex wieħed ikun jista’ jaqbad il-frodi. 

Sabiex tkun indirizzata l-kwistjoni ta’ dawk il-kumpaniji reġistrati fi stat membru ieħor ħalli jinqatgħu l-ispejjeż relatati filwaqt l-attivita’ kummerċjali prinċipali titmexxa f’pajjiż ieħor, in-negozji se jkunu obbligati li jkollhom attivitajiet kummerċjali sostanzjali fl-istat membru fejn ikunu reġistrati. 

L-eliminazzjoni tal-burokrazija u aktar ħidmiet effiċjenti 

Il-leġislazzjoni fi stadju ta’ abbozz tipprovdi lista limitata ta’ prerekwiżiti amministrattivi u miżuri ta’ kontroll li l-istati membri jistgħu jimponu fuq operaturi dwar stazzjonar,  sabiex il-burokrazija tkun evitata. 

Investigazzjonijiet u verifiki jridu jiffokaw fuq  kumpaniji li għandhom rata ta’ riskju baxxa u jridu jnaqqsu l-piż amministrattiv għal dawk l-operaturi li  jimxu mal-liġi.   

L-Ewro Parlamentari wkoll iridu dokumenti elettroniċi u teknoloġiji diġitali biex ikunu wżati b’mod aktar  effiċjenti ħalli l-piż għas-sewwieqa jkun faċilitat.