Għall-Budget li jmiss tal-UE 2021-2027, il-Kummissjoni qed tipproponi li toħloq il-Programm InvestEU, fejn se tressaq il-budget Ewropew fl-għamla ta’ self u garanziji taħt  kappa waħda. 

InvestEU se jġib  flimkien diversi programmi finanzjarji li huma disponibbli bħalissa u jespandu l-mudell li kiseb suċċess, Investment Plan for Europe, sabiex isaħħaħ iżjed il-ħolqien tax-xogħol, l-investiment u l-innovazzjoni. 

Il-programm il-ġdid se jikkonsisti fi: 

  1. InvestEU Fund 

Il-fond se jkompli jappoġġja l-investiment pubbliku u privat fl-UE biex jgħin jindirizza d-diskrepanza kbira li għad hemm dwar l-investiment fl-Ewropa. 

  1. Ċentru ta’ Konsulenza InvestEU 

Iċ-Ċentru ta’ Konsulenza InvestEU se jipprovdi appoġġ tekniku u assistenza biex  jgħin fil-preparazzjoni, l-iżvilupp, l-istrutturar u l-implimentazzjoni ta’ proġetti, inkluż il-bini tal-kapaċita’. 

  1. Portall dwar il-Proġett Ewropew għall-Investiment 

Il-Portall ilaqqa’ l-investituri u l-promoturi tal-proġett billi jipprovdi database aċċessibbli faċilment, biex il-proġetti jingħataw viżibbilta’ u jgħin lill-investituri biex isibu opportunitajiet ta’ investiment fis-settur jew lokalita’ tal-interess tagħhom.