Niżżel il-kalkulatur ĠEMMA billi tagħfas hawn.

Dan il-kalkulatur jgħinek taħdem dan li ġej:

  • L-iffrankar totali tiegħek inkluż l-imgħax miksub mill-jum li tibda tinvesti.

Il-perjodu li matulu tiffranka huwa stabbilit għal massimu ta’ 45 sena. Il-kalkulatur jippermettilek tissettja l-ewwel ammont li ser tiddepożita u l-iffrankar addizzjonali ta’ kull xahar li tagħmel.

Tissettja wkoll ir-rata annwali tar-ritorn.

  • Huwa importanti li tinnota li l-inflazzjoni maż-żmien tnaqqas il-poter tal-akkwist tal-flus li ġemmajt. Idealment tipproteġi flusek kontra l-inflazzjoni – iżda dan mhux dejjem possibbli. Pereżempju, illum, ir-rata medja tal-imgħax fuq il-kontijiet tat-tfaddil baqgħet sew taħt 1% għal dawn l-aħħar snin – inqas mir-rata tal-inflazzjoni. Dan ifisser li maż-żmien il-valur tax-xiri tat-tfaddil tiegħek jitnaqqar.

Il-kalkulatur jistaqsik biex tiddetermina r-rata ta’ inflazzjoni. Il-kalkulatur jaħdem l-impatt tal-inflazzjoni matul il-perjodu li fih isseħħ l-iġġemmar.

Fl-eżempju t’hawn taħt tistenna li tkun f’pożizzjoni li ġġemma meta jkollok bejn 25 u 70 sena. L-ewwel iġġemmar tiegħek huwa ta’ €500 bi tfaddil addizzjonali fix-xahar b’medja ta’ €100 kull xahar. It-tabella t’hawn taħt turik kif l-iġġemmar tiegħek se jakkumula matul il-perjodu. It-tfaddil totali, inkluż l-imgħax, huwa stmat għal €89,239. Dan jidher bħala ‘Gross Future Value.

L-impatt tal-inflazzjoni fuq t-tfaddil tiegħek huwa muri fit-tabella intitolata ‘Total Inflation’. ‘Future Net Value’ jurik il-poter ta’akkwist attwali tat-tfaddil tiegħek meta mqabbel mal-lum. Allura, filwaqt li kont iġġemma kważi €90,000 fuq 45 sena l-impatt tal-inflazzjoni jfisser li l-poter ta’ nfiq attwali tiegħek meta mqabbel mal-lum ikun biss ta’ €53,805.