L-irkupru mill-kriżi COVID-19 u t-transizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali jitolbu li n-nies itejbu l-ħiliet jew jitgħallmu oħrajn ġodda, iżommu u jakkwistaw il-kompetenzi li jippermettulhom jipparteċipaw bis-sħiħ fis-soċjetà, u jiżguraw is-setgħa personali, soċjali u professjonali tagħhom f’soċjetà li tinbidel.

Din il-ħtieġa għal edukazzjoni u taħriġ aktar flessibbli fejn l-istudent ikun fiċ-ċentru qed tiġi indirizzata minn korsijiet ta’ tagħlim qosra u esperjenzi li qed jiżviluppaw madwar l-Ewropa minn varjetà wiesgħa ta’ partijiet interessati pubbliċi u privati. Ir-rwol potenzjali u l-interess fil-kredenzjali li jiċċertifikaw ir-riżultati ta’ dawn l-esperjenzi qosra ta’ tagħlim b’hekk qed jiżdiedu.

Biex tindirizza din il-ħtieġa, il-Kummissjoni Ewropea nediet konsultazzjoni pubblika dwar inizjattiva biex tirrikonoxxi korsijiet ta’ tagħlim qosra, l-hekk imsejħa ‘mikro-kredenzjali’.

Il-konsultazzjoni online hija miftuħa sat-13 ta’ Lulju u għandha l-għan li tiġbor ideat għar-rikonoxximent ta’ korsijiet ta’ tagħlim qosra u mmirati u għall-iżvilupp ta’ standards tal-UE li jiżguraw il-kwalità u t-trasparenza tagħhom.

Din l-inizjattiva  ittejjeb sostanzjalment l-opportunitajiet ta’ tagħlim, billi tagħmel it-tagħlim tul il-ħajja realtà fl-Unjoni Ewropea u tagħmilha aktar faċli għall-ħaddiema biex isibu impjieg.

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb hawn.