Dan huwa wieħed mill-filmati li pproduċejna flimkien mal-Bank Ċentrali ta’ Malta fis-serje tal-ibbaġitjar tagħna. Agħfas hawn biex tarah.

Ippermettuli nintroduċi lill-familja ta’ ĠEMMA. Jiena Tony. Jien ir-raġel ta’ Maria. Naħdem bħala maniġer f’negozju kbir fl-industrija tas-servizzi. Marti, Maria, għandha 40 sena u taħdem fin-negozju tal-familja ta’ missieri. Għandna żewġ itfal: Matthias, li għandu 11-il sena, u li jinsab fl-iskola sekondarja, u Angele, li għandha 17-il sena u li qed tlesti l-iskola sekondarja għolja.

Angele kienet qed tgħidli li l-oħt il-kbira tal-aqwa ħabiba tagħha kienet qed tipprepara biex ikollha l-ewwel tarbija. Apparentement kienu ilhom miżżewġin għal tliet snin, u dan l-aħħar xtraw dar ġdida. Il-ġenituri huma kuntenti ħafna, kif suppost ikunu.

Tajjeb li tkun taf, li ż-żmien ta’ meta tkun qed trabbi familja hu wieħed mill-iktar żminijiet diffiċli meta tiġi biex timmaniġja flusek.  Bejn il-fatt li tkun trid tħallas il-loan tad-dar flimkien mal-ispejjeż involuti fit-trobbija tal-ewwel wild, ma tantx jibqalek flus f’idejk. 

Meta kellna lil Angele, l-ewwel tarbija tagħna, niftakar li bix-xiri ta’ ħwejjeġ, pushchair, car seat, ħrieqi, bottles, toys, konna nfaqna xi €1,500.  Naħseb konna nonfqu aktar minn €100 oħra fix-xahar fuq ikel għat-trabi, u affarijiet oħra ta’ kuljum.

Issa li rabbejt żewġt itfal nixtieq naqsam minn dak li tgħallimt personalment jien, rigward kif għandek tipprepara bl-aħjar mod finanzjarjament, partikolarment għal meta jkun ħa jkollok l-ewwel tarbija:
 
1.      Tixtrix kull toy jew gadget li tara fuq is-suq.  M’hemm l-ebda dubju li tkun tixtieq li ċ-ċkejken/ċkejkna tiegħek ikollu/ha l-isbaħ affarijiet.  Però ara li żżomm il-brejkijiet.  Dawn il-gadgets u toys jiswew ħafna flus, u jispiċċaw biċċiet f’kemm ilni ngħidlek.
2.      Ċertu oġġetti huma importanti li tixtrihom ġodda – bħal car seat jew pram – b’hekk l-oġġetti li tixtri jkunu mgħammra bl-aħħar standards ta’ saħħa u sigurtà.  Oġġetti oħrajn bħal ħwejjeġ, kotba u xi tipi ta' ġugarelli tista’ tfittex u tixtrihom second hand.
  • Kun żgur li tippjana għall-fatt li t-tarbija, kif semmejt diġà, se jkollu jew se jkollha impatt finanzjarju meqjus fuq il-baġit tagħkom bħala koppja. Matul dan il-perjodu se jkollok bżonn ħrieqi u ikel tat-trabi, filwaqt li jekk tkun taħdem jista’ jkun li jkollok tieqaf għal xi żmien mix-xogħol.  Ibaġitja sew, u ħu ħsieb li ma tħallix għall-aħħar.

Niżżel il-‘Baby Planner’ ta’ ĠEMMA billi tagħfas hawn.

Nistennew bil-ħerqa li nisimgħu mingħandek. Aħna bħala ĠEMMA ninkoraġġuk sabiex taqsam din il-link jew dan il-video mal-ħbieb tiegħek jew pubblikament fuq il-paġna tiegħek ta’ Facebook. Żur il-paġna ta’ ĠEMMA fuq Facebook u agħmlilna like