Il-Kummissjoni Ewropea ħadet inizjattivi konkreti sabiex tqiegħed 20 prinċipju tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali fil-prattika fuq livell Ewropew. 

Il-pilastru jimmira biex jagħti kont tar-realtajiet li qed jinbidlu  fid-dinja tax-xogħol u se jservi ta’ direzzjoni għall-konverġenza mġedda fi ħdan iz-zona ewro. Din l-inizjattiva hi primarjament maħluqa għaz-zona ewro, imma hi miftuħa għall-istati membri kollha li jixtiequ jipparteċipaw. 

Passi prinċipali ttieħdu fil-proċedura leġislattiva ta’ dan l-aħħar f’dawn l-oqsma: 

  • l-aċċess għall-protezzjoni soċjali; 
  • id-direttiva tal-carcinogens u l-mutagens; 
  • l-Awtorita’ Ewropea dwar ix-Xogħol (ELA); 
  • il-kollokament tad-Direttiva tal-Ħaddiema; 
  • il-Koordinazzjoni tas-Sigurta’ Soċjali. 

Skont il-Kummissjoni Ewropea, sar progress, hekk kif “madwar 12-il miljun impjieg ġew maħluqa mill-bidu tal-Kummissjoni Juncker, il-qgħad naqas sal-inqas livell li qatt ġie reġistrat u, bi kważi 239 miljun persuna f’impjieg fit-tieni kwart tal-2018, il-livelli tal-impjieg laħqu l-ogħla quċċata”. 

Minkejja dan, “ma jrid ikun hemm ebda kburija”. Fil-fatt, sa minn “Settembru 2018, 16.6 miljun persuna kienu għadhom bla xogħol, inkluż 3.3 miljun żagħżugħ u żagħżugħa”.