Il-prijorita’ tad-Drittijiet Soċjali fl-UE
Il-Kummissjoni Ewropea ħadet inizjattivi konkreti sabiex tqiegħed 20 prinċipju tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali fil-prattika fuq livell Ewropew.
Il-pilastru jimmira biex jagħti kont tar-realtajiet li qed jinbidlu fid-dinja tax-xogħol u se jservi ta’ direzzjoni għall-konverġenza mġedda fi ħdan iz-zona ewro. Din l-inizjattiva hi primarjament maħluqa għaz-zona ewro, imma hi miftuħa għall-istati membri kollha li jixtiequ jipparteċipaw.
Passi prinċipali ttieħdu fil-proċedura leġislattiva ta’ dan l-aħħar f’dawn l-oqsma:
- l-aċċess għall-protezzjoni soċjali;
- id-direttiva tal-carcinogens u l-mutagens;
- l-Awtorita’ Ewropea dwar ix-Xogħol (ELA);
- il-kollokament tad-Direttiva tal-Ħaddiema;
- il-Koordinazzjoni tas-Sigurta’ Soċjali.
Skont il-Kummissjoni Ewropea, sar progress, hekk kif “madwar 12-il miljun impjieg ġew maħluqa mill-bidu tal-Kummissjoni Juncker, il-qgħad naqas sal-inqas livell li qatt ġie reġistrat u, bi kważi 239 miljun persuna f’impjieg fit-tieni kwart tal-2018, il-livelli tal-impjieg laħqu l-ogħla quċċata”.
Minkejja dan, “ma jrid ikun hemm ebda kburija”. Fil-fatt, sa minn “Settembru 2018, 16.6 miljun persuna kienu għadhom bla xogħol, inkluż 3.3 miljun żagħżugħ u żagħżugħa”.