Ilgħab il-logħba diġitali MONEY MONSTERS mat-tfal jew neputijiet tiegħek li huma bejn 6 u 11-il sena - biex it-tfal tiegħek jitgħallmu l-prinċipji fundamentali importanti tal-immaniġġjar tal-flus b’mod divertenti

Kemm għandek żmien? Għandek bejn 6 u 11-il sena? Iva?  Mela din il-logħba bomba għalik! Matul din il-logħba, se tkun il-manager ta’ mostru – li jismu ‘Nugget’.  Inti ser tieħu ħsieb ‘Nugget’matul il-vjaġġ tal-ħajja tiegħu, speċifikament minn 18-il sena sa 65 sena, sakemm jirtira mix-xogħol. Matul dan il-vjaġġ tal-ħajja tiegħu, ‘Nugget’ ser ikollu jagħmel għażliet rigward flus, li ser jaffettwaw kif hu jimxi ’l quddiem (jew lura) matul il-logħba nnifisha. ‘Money Monsters’ għandha ukoll numru ta’ mini-games li tista’ tilgħab għal kull deċiżjoni li tieħu. ‘Nugget’  jista’ wkoll itejjeb id-dar tiegħu stess, u anke jibni familja tiegħu, fejn dan ifisser li jibda’ jkollu aktar responsabbiltà u b’hekk ikollu jara’ kif jagħmel u jaqla’ aktar flus.

Tista’ tagħżel li tilgħab il-logħba tal-‘Money Monsters’ kemm bil-Malti u kemm bl-Ingliż. Tista’ tagħżel ukoll il-livell ta’ diffikultà li tkun tippreferi għal waqt li tilgħab il-logħba nnifisha.

Agħfas hawn taħt fuq il-links provduti,  biex tkun tista’ tilgħab il-logħba tal-‘Money Monsters’ fuq il-pjattaforma tal-għażla tiegħek :

  • Jekk tixtieq tilgħabha fuq il-mobile tal-mudell Android agħfas hawn.
  • Jekk tixtieq tilgħabha fuq il-kompjuter personali tiegħek agħfas hawn.
·        Biex tara l-manwal ikkreat għal-logħba agħfas hawn.
 

Nistennew bil-ħerqa li nisimgħu mingħandek. Aħna bħala ĠEMMA ninkoraġġuk sabiex taqsam din il-link jew dan il-video mal-ħbieb tiegħek jew pubblikament fuq il-paġna tiegħek ta’ Facebook stess.

Żur il-paġna ta’ ĠEMMA fuq Facebook u agħmlilna LIKE