Il-valuri fundamentali li fuqhom hi bbażata l-Unjoni Ewropea, jiggarantixxu stil ta’ ħajja Ewropew mibni fuq il-valuri tas-solidarjetà, l-ugwaljanza u l-ġustizzja. L-Unjoni Ewropea taħdem biex tiġġieled ir-razziżmu, id-diskriminazzjoni, il-vjolenza u t-terroriżmu biex tiggarantixxi soċjetà Ewropea fejn id-drittijiet u l-valuri tal-bniedem, inklużi dawk tal-gruppi minoritarji, jipprevalu. Lil hinn mill-protezzjoni, il-promozzjoni ta’ stil ta’ ħajja Ewropew tiżgura soċjetajiet aktar b’saħħithom u aktar reżiljenti.

Dawn se jkunu s-suġġetti għat-tieni diskussjoni pubblika organizzata minn SEM bħala parti mill-avvenimenti nazzjonali biex tikkontribwixxi għall-inizjattiva madwar l-Ewropa kollha, il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa.

Id-diskussjoni pubblika se ssir fit-30 ta’ Settembru bejn il-5pm u s-6.30pm, u l-parteċipazzjoni tkun online. Aktar informazzjoni u reġistrazzjoni jinsabu hawn. Id-diskussjoni se tkunu bil-Malti.

L-għan ewlieni ta’ diskussjonijiet bħal dawn hu li jinvolvu firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati u l-pubbliku biex jesprimu l-ideat tagħhom dwar id-direzzjoni li jixtiequ li tieħu l-Unjoni Ewropea fis-snin li ġejjin. Biex tagħti l-opinjonijiet tiegħek dwar kwalunkwe suġġett tal-għażla tiegħek, jekk jogħġbok żur il-Pjattaforma Diġitali tal-Konferenza dwar il-Futur tal-E