Dan huwa wieħed mill-filmati li produċejna mal-Bank Ċentrali ta’ Malta fis-serje tal-ibbaġitjar tagħna. Niżżel il-video billi tagħfas hawn.

Ippermettuli nintroduċi l-familja ĠEMMA. Jiena Tony, ir-raġel ta’ Maria. Naħdem bħala manager f’negozju kbir fl-industrija tas-servizzi. Marti, Maria għandha 40 sena u taħdem fin-negozju tal-familja ta’ missieri. Għandna żewġt itfal: Matthias, li għandu 11-il sena, u issa fl-iskola sekondarja, u Angele, li għandha 17-il sena u tinsab fl-aħħar sena tal-iskola sekondarja għola.

Għadni kemm irċevejt mingħand Matthias, ittra mill-iskola tiegħu. Matthias, is-sena li ġejja jitla’ Form II jew  Livell 8 kif qed jissejjaħ daż-żmien. Jidher li dak kollu li tgħallimna fi żmieni kien kollu ħażin! Saħansitra biddlu l-metodu tal-long division u kif taħdem il-multiplication!

Niżżel il-ĠEMMA Back to School Calculator billi tagħfas hawn

L-ittra mill-iskola ta’ Matthias, tinfurmani bil-kotba, l-uniformijiet, u l-affarijiet l-oħra kollha li għandu bżonn. Illum naf x’l-aħjar nagħmel biex innaqqas waħda sew l-ispejjeż. Meta Angele, telgħet minn livell 7 għal 8 kont xtrajtilha kollox ġdid:  pitazzi, uniformi etċ.

Kienet ġietni spiża.  Il-baġit tal-familja sfrattajtu għal kollox. Darba minnhom, ħabiba tiegħi li semgħetni ngerger. Ħadet paċenżja bija – u spjegatli x’kienet tagħmel hi biex iżżomm din l-ispiża baxxa.  Kienet taħseb kmieni, ħafna qabel is-sajf:  kienet toqgħod attenta ħafna għal xi sale.  Kienet tkun attiva sew fuq gruppi fuq Facebook ta’ ġenituri bi tfal l-iskola kif ukoll tfittex fuq  l-internet u bazaars biex tixtri blazers u kotba second-hand fost affarijiet oħra.

U hekk għamilt! Meta Angele ġiet biex titla’ f’livell 9 infaqt inqas minn 50% li kont infaqt is-sena ta’ qabel. Tgħallimta sew il-lezzjoni.  U hekk dejjem bqajt nagħmel.  Għas-sena li ġejja l-kotba kolla xtrajthom second-hand, u ż-żraben, il-qomos, u l-qliezet xtrajthom fis-sales ta’ wara l-Milied. Il-blazer, għax kellu bżonn minħabba li kellu bdiet tiġieħ żgħira xtrajta minn wieħed mill-gruppi li sibt fuq Facebook.

Nistennew bil-ħerqa li nisimgħu mingħandek. Aħna f’ĠEMMA ninkoraġġuk biex taqsmu dan il-video mal-ħbieb tiegħek fuq Facebook. Żur il-paġna ĠEMMA Facebook u agħtina like