Għodda ta’ difiża iżjed iebsin kontra importazzjonijiet inġusti
L-Unjoni Ewropea tista’ tipproteġi lilha nnifisha aħjar kontra importazzjonijiet inġusti u rħas u tiġġieled id-dumping ambjentali u soċjali bl-aktar mod effettiv, taħt abbozz ġdid.
Tariffi iżjed għoljin jistgħu jiġu imposti fuq importazzjonijiet sussidjati sabiex l-impjiegi u n-negozji tal-UE ikunu protetti aħjar, taħt ftehim informali li sar mit-tim ta’ negozjaturi tal-Parlament Ewropew u l-ministri tal-UE fi Brussell nhar it-Tlieta 13 ta’ Diċembru 2017.
Il-miżuri maqbula jolqtu prattiċi tal-kummerċ inġusti minn pajjiżi li mhumiex fl-UE u jikkumplimentaw r-regolamenti kontra d-dumping li ġew approvati dan l-aħħar u li jiffokaw fuq terzi pajjiżi li jinterferixxu ħafna fl-ekonomija.
Fin-negozjati, l-Ewro Parlamentari assiguraw li:
- l-UE hi kapaċi tispeċifika tariffi iżjed għoljin fuq importazzjojijiet sussidjati;
- l-investigazzjonijiet fuq każijiet ta’ anti-dumping ikunu sinifikament qosra;
- l-ispejjeż għall-industrija tal-UE, li jirriżultaw minn ftehim internazzjonali u ambjentali, għandhom jiġu riflessi fl-analiżi tad-dmirijiet;
- help-desk tal-SMEs għandu jitratta ilmenti u proċeduri investigattivi; it-trade unions ikunu involuti fl-investigazzjonijiet u jistudjaw id-dmirijiet tal-ġejjieni;
- il-prodotti kollha li jaslu fl-UE, bejn investigazzjoni li tkun notifikata u l-bidu attwali tagħha, ikunu monitorjati bl-aktar mod serju u reġistrati biex il-ħażna tkun evitata;
- blat kontinentali u zoni ekonomiċi esklussivi (zoni marittimi, l-aktar użati għall-produzzjoni tal-enerġija) għandhom ikunu koperti bil-liġi sabiex id-diskrepanzi jingħalqu.
Bernd Lange, iċ-Chairman tal-Kumitat dwar il-Kummerċ Internazzjonali, qal li “wasal iż-żmien li jinstab ftehim dwar dan ir-rapport. Bħala parlament, diġa’ inkiseb ħafna. Bil-fehim dwar il-blata kontinentali, se nagħlqu diskrepanza importanti fil-leġislazzjoni tagħna…..”.
Christofer Fjellner, ir-rapporteur tal-Parlament, qal li “wara erba’ snin ta’ negozjati, irnexxielna nilħqu ftehim. Strumenti fid-difiża tal-kummerċ huma probabbilment l-aktar parti kontroversjali ta’ politika kummerċjali…..”.
Il-passi li jmiss
Il-ftehim irid ikun approvat mill-Kumitat tal-Parlament Ewropew dwar il-Kummerċ Internazzjonali u l-Plenarja sħiħa flimkien mal-istati membri, qabel ma jidħol fis-seħħ.