L-aħħar tagħrif mill-uffiċċju tal-istatistika tal-UE jikkonferma li, aktar minn nuqqas ta’ fiduċja fl-UE biex taħdem, iċ-ċittadini Ewropej jistennew  lill-UE biex tagħmel aktar biex tindirizza t-tħassib prinċipali tagħhom. 

Il-Parlament Ewropew ilu sa mill-2016 ikejjel il-perċezzjonijiet taċ-ċittadini u l-aspettattivi ta’ azzjoni meħudin mill-UE fi 15-il qasam politiku prinċipali. L-aħħar studju, li sar f’April ta’ din  is-sena, sab li filwaqt li ħafna aktar ċittadini huma sodisfatti bl-azzjoni li ttieħdet mill-UE biex tindirizza t-tħassib tagħhom dwar is-sigurta’, l-impjiegi u l-ambjent, sejħiet għal aktar azzjoni mill-UE fi kważi l-oqsma politiċi kollha, mhumiex inqas sinifikanti. Dan spiċċa f’wiċċ il-kritiċi tal-UE li jakkużawha b’irrilevanza jew b’regolamentazzjoni żejda. 

It-terroriżmu, il-qgħad u l-ħarsien tal-ambjent huma t-tliet oqsma ta’ politika fejn, fuq medja, aktar minn tliet kwarti taċ-ċittadini qed jitolbu għal aktar sforzi mill-UE fil-futur (77 fil-mija, 76 fil-mija u 75 fil-mija rispettivament). Dawn  is-suġġetti spiċċaw fil-quċċata mindu dan l-istudju beda fl-2016, segwit bil-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa (74 fil-mija), il-promozzjoni tal-paċi u d-demokrazija (73 fil-mija) u l-migrazzjoni (72 fil-mija). 

Li hu  ġdid din is-sena hu li terz minn dawk li wieġbu (32 fil-mija, li jirrappreżentaw żieda ta’ disa’ punti meta mqabbla mal-2016), issa jaraw l-azzjoni Ewropea ta’ bħalissa fil-ġlieda kontra t-terroriżmu bħala adekwata u 29 fil-mija ( li jirrappreżentaw żieda ta’ sitt punti) jgħidu l-istess dwar il-ġlieda kontra l-qgħad. Xejriet simili huma evidenti f’oqsma ta’ politika oħrajn. F’sitta minn 15-il qasam ta’ politika li tkejlu fl-2018, u li jkopru l-ugwaljanza bejn is-sessi, is-sigurta’ tal-enerġijapolicies industrijali u ekonomiċi, l-agrikoltura u l-politika barranija, iċ-ċittadini Ewropej huma sodisfatti bl-aktar mod wiesa’. 

Ir-rapport ukoll juri li, forsi b’riżultat tal-isfidi u ċ-ċirkostanzi dinjija ġodda, maġġoranza ċara ta’ ċittadini Ewropej iridu lill-UE biex titkellem b’vuċi aktar  magħquda fuq livell internazzjonali. Dan jirrepeti waħda mill-prijoritajiet ta’ politika msemmija mill-President Juncker fid-diskors tiegħu tal-Istat tal-Unjoni li twassal fil-Parlament fil-jiem li għaddew. Iċ-ċittadini li wieġbu l-istudju kkunsidraw li aktar koordinazzjoni u azzjoni Ewropea kienet  neċessarja biex ikunu indirizzati l-poter dejjem jiżdied u l-influwenza tar-Russja (71 fil-mija) jew iċ-Ċina (71 fil-mija) kif ukoll il-mod kif qed tkun trattata l-Presidenza Amerikana taħt Donald Trump (68 fil-mija). 

Madankollu, iċ-ċittadini jibqgħu  maqsumin dwar jekk l-istati membri tal-UE għandhomx jimxu ‘l quddiem flimkien biex iwaqqfu d-diskrepanza f’ċertu oqsma  ta’ politika jew jipproċedu b’sinerġiji differenti. 44 fil-mija ta’ dawk  li wieġbu  l-istudju jaqblu li din is-sena l-istati membri li huma lesti biex jaħdmu aktar mill-qrib fuq ċertu kwistjonijiet għandhom jagħmlu dan mingħajr ma jistennew lil kulħadd biex jaqbel, filwaqt li 43 fil-mija ħassew li l-istati membri għandhom jistennew għal ftehim komuni qabel ma jintroduċu aktar policies biex jittrattaw prijoritajiet ġodda. 

B’mod ġenerali, appoġġ għal dan il-ħsieb naqas fi 23 stat  membru, għalkemm nofshom għadhom favur, bl-akbar appoġġ jingħata mill-Olanda, il-Ġermanja u  l-Belġju. 

Ċittadini f’14-il stat  membru jaħsbu li għandhom jistennew għall-pajjiżi kollha tal-UE biex ikunu lesti li jersqu ‘l quddiem flimkien. Dan il-ħsieb hu l-aktar prevalenti fil-Portugall (74 fil-mija), fil-Greċja (58 fil-mija) kif ukoll fir-Rumanija u Spanja (it-tnejn 54 fil-mija)