Archive for SEM

Proġetti ta’ mobbiltà permezz ta’ fondi Ewropej għal studenti u staff fil-qasam Vokazzjonali, Edukazzjoni u Taħriġ

  Il-programm Erasmus + huwa l-programm prinċipali tal-UE għall-fondi li għandu x’jaqsam mal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport. Fost oħrajn,  Erasmus + jipprovdi l-opportunità ta’ proġetti ta’ mobbiltà għal studenti tal-VET u…
Continue Reading

Il-European Skills Agenda – twitti t-triq għal futur iżjed kompetittiv

  Id-dinja għadha qed tirkupra minn perijodu bla preċedenti hekk kif il-pandemija COVID-19 affettwat ħajjitna ta’ kuljum b’diversi modi. Il-Kummissjoni Ewropea trid li tibdel tali sfidi f’opportunitajiet u tara transizzjonijiet ambjentali u diġitali bħala l-katalisti għall-ġejjieni…
Continue Reading

Irreaġixxi għal Ewropa Soċjali iktar b’saħħitha u iżjed sostenibbli

  Il-pandemija COVID-19 u r-riżultat tagħha ġew iddokumentati b’mod konsiderevoli matul l-ewwel sitt xhur ta’ din  is-sena. Minħabba r-riperkussjonijiet, l-Unjoni Ewropea aġixxiet għal irkupru b’saħħtu mill-pandemija, kemm minn perspettiva ekonomika kif ukoll mill-perspettiva…
Continue Reading

Sessjonijiet fil-Bini tal-Kapaċità dwar il-Kitba tal-Proġetti għal proġetti finanzjati mill-UE

  Il-MEUSAC qed jorganizza tliet sessjonijiet virtwali dwar il-bini tal-kapaċità – sessjonijiet li huma  ideali għal organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs), skejjel u entitajiet pubbliċi. Is-sessjonijiet se jsiru kif ġej: fl-14 ta’ Lulju għall-NGOs,…
Continue Reading

Europass ġdid għall-istudenti u l-ħaddiema

  Hekk kif l-Ewropa bdiet it-triq it-twila għall-irkupru minn COVID-19, fl-1 ta’ Lulju 2020, il-Kummissjoni Ewropea nediet Europass ġdid u modern. Il-Europass il-ġdid se jipprovdi għodod utli u tagħrif lill-istudenti u lill-ħaddiema, biex jgħinuhom imexxu l-karriera tagħhom f’dinja dejjem mgħaġġla.  Bil-Europass il-ġdid, l-istudenti u l-ħaddiema madwar l-Ewropa jistgħu jirreġistraw u joħolqu profil ġdid biex jelenkaw il-ħiliet, il-kwalifiki, l-interessi u l-esperjenzi kollha. Min se jkun qed juża l-Europass se jirċievi suġġerimenti addattati għal korsijiet u mpjiegi (permezz tal-EURES - il-Portal Ewropew għall-Mobbiltà tax-Xogħol) fil-portafoll tagħhom.  Jekk iridu japplikaw għal opportunitajiet, l-utenti  jistgħu jippreparaw CVs u ittri ta’ introduzzjoni bl-użu tal-online editor il-ġdid. Jistgħu wkoll jagħżlu li jżidu files (dokumenti, diploma u ritratti) għal librerija personali sabiex l-informazzjoni u d-dokumenti tagħhom ikunu disponibbli kollha f’post sikur. L-utenti wkoll jistgħu jibgħatu link dwar il-profil tagħhom lil min iħaddem, lil min jirrekluta u lil servizzi dwar l-impjiegi għal pariri u appoġġ fuq il-karrieri tagħhom.  Minbarra għodod ġodda, l-istudenti u l-ħaddiema madwar l-Ewropa wkoll jistgħu jaċċessaw informazzjoni relevanti dwar it-tagħlim u x-xogħol fl-Ewropa inkluż links għal servizzi nazzjonali provduti minn stati membri.   …
Continue Reading