Hekk kif l-Ewropa bdiet it-triq it-twila għall-irkupru minn COVID-19, fl-1 ta’ Lulju 2020, il-Kummissjoni Ewropea nediet Europass ġdid u modern. Il-Europass il-ġdid se jipprovdi għodod utli u tagħrif lill-istudenti u lill-ħaddiemabiex jgħinuhom imexxu l-karriera tagħhom f’dinja dejjem mgħaġġla. 

Bil-Europass il-ġdid, l-istudenti u l-ħaddiema madwar l-Ewropa jistgħu jirreġistraw u joħolqu profil ġdid biex jelenkaw il-ħilietil-kwalifiki, l-interessi u l-esperjenzi kollha. Min se jkun qed juża lEuropass se jirċievi suġġerimenti addattati għal korsijiet u mpjiegi (permezz talEURES – il-Portal Ewropew għall-Mobbiltà tax-Xogħol) fil-portafoll tagħhom. 

Jekk iridu japplikaw għal opportunitajiet, l-utenti  jistgħu jippreparaw CVs u ittri ta’ introduzzjoni bl-użu talonline editor il-ġdidJistgħu wkoll jagħżlu li jżidu files (dokumenti, diploma u ritrattigħal librerija personali sabiex l-informazzjoni u d-dokumenti tagħhom ikunu disponibbli kollha f’post sikur. L-utenti wkoll jistgħu jibgħatu link dwar il-profil tagħhom lil min iħaddemlil min jirrekluta u lil servizzi dwar l-impjiegi għal pariri u appoġġ fuq il-karrieri tagħhom. 

Minbarra għodod ġodda, l-istudenti u l-ħaddiema madwar l-Ewropa wkoll jistgħu jaċċessaw informazzjoni relevanti dwar it-tagħlim u x-xogħol fl-Ewropa inkluż links għal servizzi nazzjonali provduti minn stati membri.