Il-bidla hija proċess neċessarju li jsir aktar kruċjali f’xenarju wara li tkun għaddiet xi kriżi F’intervista ma’ Voice of the Workers, l-ekonomista JP Fabri jgħid li l-element ta’ trasformazzjoni huwa wieħed minn diversi pilastri li l-pajjiż għandu jibni viżjoni għall-futur. Hu stqarr li meta nitkellmu fuq trasformazzjoni rridu naraw kif dan il-pajjiż ikompli filmixja li dan il-pajjiż dejjem kellu mill-Indipendenza sal-lum biex stabbilixxa setturi ekonomiċi ġodda 

Hu qal li bħala pajjiż għandna bżonn mentalità biex dejjem inkomplu nittrasformaw ruħna. Dan għandu jsir f’numru ta’ setturifosthomfis-settur pubbliku fejn irridu naraw kif it-twassil tas-servizzi jkunu diġitali. JP Fabri saħaq dwar l-importanza li l-imsieħba soċjali, in-negozjiil-Gvern, l-Oppożizzjoni u l-poplu ġenerali jingħaqdu flimkien sabiex titfassal viżjoni mibnija fuq it-talent, it-transizzjoni, it-teknoloġija u t-titjib fil-kwalità. 

JP Fabri daħal iżjed fid-dettall fuq il-bidliet li għandhhom isiru. Hu jagħti importanza lit-talent Malti u lill-edukazzjoni. 

Għall-ekonomista, it-teknoloġija huwa pilastru kruċjali ħafna. 

Dwar it-transiżżjoni, JP Fabri ifisser li l-mudell ekonomiku jrid iżewweġ is-sostenibbiltà mal-ambjent. 

JP Fabri rrefera wkoll għat-titjib fil-kwalità ġenerali tas-soċjetà tagħna.