F’Ġunju 2017, l-aħħar ftit jiem tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-UE, kienu mmarkati bit-tmiem tal-ħlasijiet għar-roaming meta wieħed  xi drabi jivvjaġġa (sakemm tqatta’ iżjed ħin  id-dar milli barra mill-pajjiż) madwar l-UE. Ir-regolamentazzjoni dwar ir-roaming kienet ibbażata fuq il-prinċipju ta’ RoamLike-At-Home. 

Operaturi tal-mobiles ilhom minn dak iż-żmien, japplikaw ‘policy ta’ użu ġust’ sabiex jassiguraw li l-klijenti kollha tar-roaming ikollhom aċċess għal u jibbenefikaw mir-regolamenti ta’ ‘roamlike-at-home’. Dan ifisser li operaturi minn dak iż-żmien bdew japplikaw mekkaniżmi ta’ kontroll ġusti,   raġonevoli u proporzjonati sabiex ikun evitat abbuż ta’ xi regoli mill-klijenti. 

Dan ta opportunità lill-vjaġġaturi Ewropej biex jivvjaġġaw barra minn pajjiżhom lejn stati membri oħrajn fl-UE u ma jħallsux spejjeż żejda biex jużaw l-apparat ċellulari tagħhom. Dan il-kunċett japplika kemm għal kull telefonata jew messaġġi li wieħed jibgħat jew jirċievi. 

Il-Kummissjoni Ewropea issa qed tmexxi eżerċizzju wiesgħa biex tanalizza mill-ġdid u tivverifika r-regolamentazzjoni. Il-kunċett hawnhekk hu aktar marbut mat-tisħiħ ta’ policies għall-ġejjieni b’rabta mar-roaming milli jitwarrbu d-deċiżjonijiet meħuda li s’issa kienu popolari ma’ ċittadini Ewropej. 

Il-konsultazzjoni online hi miftuħa sal-11 ta’ Settembru u kulħadd jista’ jikkonkorru permezz ta’ dan il-link.