Archive for SEM
Nindirizzaw xogħol mhux dikjarat
Il-pandemija tal-COVID-19 poġġiet lill-ħaddiema mhux dikjarati fl-attenzjoni, partikularment f’setturi prinċipali bħas-servizzi tat-tindif u l-kura, l-agrikoltura u t-turiżmu. Ħaddiema mhux dikjarati fl-industrija tat-turiżmu jinkludu diversi ħaddiema staġjonali li jaħdmu f’impjieg mhux…
Appoġġ lill-ġejjieni tal-UE
Il-pandemija tal-COVID-19 ħalliet lil ħafna nies, speċjalment lill-ġenerazzjoni żagħżugħa, inċerti dwar il-futur tagħhom. B’ċertu setturi u negozji jitħabtu f’dawn iż-żminijiet mhux normali, il-wegħda ta’ impjieg…
Proġetti ta’ mobbiltà permezz ta’ fondi Ewropej għal studenti u staff fil-qasam Vokazzjonali, Edukazzjoni u Taħriġ
Il-programm Erasmus + huwa l-programm prinċipali tal-UE għall-fondi li għandu x’jaqsam mal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport. Fost oħrajn, Erasmus + jipprovdi l-opportunità ta’ proġetti ta’ mobbiltà għal studenti tal-VET u…
Il-European Skills Agenda – twitti t-triq għal futur iżjed kompetittiv
Id-dinja għadha qed tirkupra minn perijodu bla preċedenti hekk kif il-pandemija COVID-19 affettwat ħajjitna ta’ kuljum b’diversi modi. Il-Kummissjoni Ewropea trid li tibdel tali sfidi f’opportunitajiet u tara transizzjonijiet ambjentali u diġitali bħala l-katalisti għall-ġejjieni…
Opportunitajiet ta’ fondi mill-UE permezz tal-Fond Soċjali Ewropew
Il-Fond Soċjali Ewropew (ESF) huwa l-programm prinċipali tal-UE biex jappoġġja l-impjiegi, jgħin lin-nies biex jiksbu xogħol aħjar u jassigura opportunitajiet ġusti ta’ xogħol għaċ-ċittadini Ewropej kollha. Il-programm allura jiffoka…
Verifika tar-regolamentazzjoni dwar ir-roaming
F’Ġunju 2017, l-aħħar ftit jiem tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-UE, kienu mmarkati bit-tmiem tal-ħlasijiet għar-roaming meta wieħed xi drabi jivvjaġġa (sakemm tqatta’ iżjed ħin id-dar milli barra mill-pajjiż) madwar l-UE. Ir-regolamentazzjoni dwar ir-roaming kienet ibbażata fuq…
Prijorità lill-Paga Minima
Hekk kif l-Ewropa qed twitti t-triq għal proċess bil-mod ta’ irkupru wara l-pandemija tal-COVID-19, ix-xogħol fi ħdan l-istituzzjonijiet Ewropej jissokta, hekk kif il-Ġermanja uffiċjalment ħadet f’idejha l-presidenza tal-Kunsill tal-UE, …
Irreaġixxi għal Ewropa Soċjali iktar b’saħħitha u iżjed sostenibbli
Il-pandemija COVID-19 u r-riżultat tagħha ġew iddokumentati b’mod konsiderevoli matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena. Minħabba r-riperkussjonijiet, l-Unjoni Ewropea aġixxiet għal irkupru b’saħħtu mill-pandemija, kemm minn perspettiva ekonomika kif ukoll mill-perspettiva…
Sessjonijiet fil-Bini tal-Kapaċità dwar il-Kitba tal-Proġetti għal proġetti finanzjati mill-UE
Il-MEUSAC qed jorganizza tliet sessjonijiet virtwali dwar il-bini tal-kapaċità – sessjonijiet li huma ideali għal organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs), skejjel u entitajiet pubbliċi. Is-sessjonijiet se jsiru kif ġej: fl-14 ta’ Lulju għall-NGOs,…
Europass ġdid għall-istudenti u l-ħaddiema
Hekk kif l-Ewropa bdiet it-triq it-twila għall-irkupru minn COVID-19, fl-1 ta’ Lulju 2020, il-Kummissjoni Ewropea nediet Europass ġdid u modern. Il-Europass il-ġdid se jipprovdi għodod utli u tagħrif lill-istudenti u lill-ħaddiema, biex jgħinuhom imexxu l-karriera tagħhom f’dinja dejjem mgħaġġla. Bil-Europass il-ġdid, l-istudenti u l-ħaddiema madwar l-Ewropa jistgħu jirreġistraw u joħolqu profil ġdid biex jelenkaw il-ħiliet, il-kwalifiki, l-interessi u l-esperjenzi kollha. Min se jkun qed juża l-Europass se jirċievi suġġerimenti addattati għal korsijiet u mpjiegi (permezz tal-EURES - il-Portal Ewropew għall-Mobbiltà tax-Xogħol) fil-portafoll tagħhom. Jekk iridu japplikaw għal opportunitajiet, l-utenti jistgħu jippreparaw CVs u ittri ta’ introduzzjoni bl-użu tal-online editor il-ġdid. Jistgħu wkoll jagħżlu li jżidu files (dokumenti, diploma u ritratti) għal librerija personali sabiex l-informazzjoni u d-dokumenti tagħhom ikunu disponibbli kollha f’post sikur. L-utenti wkoll jistgħu jibgħatu link dwar il-profil tagħhom lil min iħaddem, lil min jirrekluta u lil servizzi dwar l-impjiegi għal pariri u appoġġ fuq il-karrieri tagħhom. Minbarra għodod ġodda, l-istudenti u l-ħaddiema madwar l-Ewropa wkoll jistgħu jaċċessaw informazzjoni relevanti dwar it-tagħlim u x-xogħol fl-Ewropa inkluż links għal servizzi nazzjonali provduti minn stati membri. …