Minkejja l-ostakli addizzjonali li jiffaċċjaw, artisti b’diżabbiltà jagħmlu kontribut kreattivi għall-ħajja kulturali. Persuni bi bżonnijiet speċjali wkoll għandu jkollhom aċċess ugwali għal xogħolijiet  tal-arti u jkunu kapaċi jgawdu l-ħajja kulturali bl-istess mod bħalma jgawdu ċ-ċittadini kollha. 

Il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà tan-Nazzjonijiet Uniti daħlet fis-seħħ fl-2011. Tkopri, fost oħrajn, id-dritt ta’ persuni b’diżabbiltà għal aċċess f’siti kulturali bħal teatri, swali taċ-ċinema u biex igawdu materjali kulturali, kotba, films u  mużika f’format aċċessibbli.  Il-konvenzjoni wkoll enfasizzat id-dritt ta’ persuni b’diżabbiltà biex jipparteċipaw fil-ħajja kulturali kemm bħala artisti amatorjali u professjonali. 

L-Unjoni Ewropea, parteċipi fil-Konvenzjoni, hi impenjata biex taħdem fuq il-leġislazzjoni, u biex timplimenta u tippromwovi programmi u azzjonijiet favur dawn id-drittijiet. L-istrateġija tal-UE dwar id-diżabbiltà hi pass f’din id-direzzjoni. Tinkludi wkoll id-drittijiet kulturali ta’ 80 miljun persuna b’diżabbiltà fl-UE. Skont konsultazzjoni pubblika dwar kwistjonijiet fuq id-diżabbiltà li saru skont ir-rakkomandazzjonijiet ta’ esperti mill-Istati Membri li ħadmu fuq l-aċċess għall-kultura, tali aċċess huwa qasam importanti li l-UE għandha tindirizza. 

Diversi fondi tal-UE jikkontribwixxu b’mod finanzjarju għar-riċerka u l-innovazzjoni, proġetti kulturali u tal-infrastruttura, u programmi li jippromwovu d-dritt għall-ħajja kulturali ta’ nies bi bżonnijiet speċjali fi ħdan dan il-qafas. F’Ottubru 2018, l-UE ukoll irratifikat t-Trattat ta’ Marakexx, amministrat mill-Organizzazzjoni Dinjija dwar il-Propjetà Intellettwali, biex tiffaċilita l-aċċess għal  xogħolijiet pubblikai għal nies li  huma  nieqsa   mid-dawl, b’diżabbiltà viżwali, jew b’xi mod print disabled. 

L-UE effetivament saret parteċipi fit-trattat mill-1 ta’ Jannar 2019, bit-tir li tfassal limitazzjonijiet u eċċezzjonijiet mandatorji għall-benefiċċju ta’ min hu nieqas mid-dawl, min għandu diżabbiltà viżwali, u b’xi mod print disabled. Il-Parlament Ewropew u l-Intergroup tiegħu dwar  id-diżabbiltà, imwaqqaf fl-1980, jippromwovu d-drittijiet, inkluż id-drittijiet kulturali, ta’ persuni b’diżabbiltà.