Enerġija mir-riħ u mix-xemx għall-ġenerazzjoni tal-elettriku: azzjoni sinifikanti meħtieġa jekk iridu jintlaħqu l-miri Ewropej
Bejn l-2005 u l-2017, is-sehem tal-enerġija li tiġġedded fil-ġenerazzjoni tal-elettriku fl-UE irdoppja, minn madwar 15 fil-mija għal kważi 31 fil-mija. Ir-raġuni prinċipali għal dan it-tkabbir kienet iż-żieda fil-qawwa fotovoltajika mir-riħ u x-xemx.
Permezz ta’ awditjar, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri studjat jekk is-sehem tal-enerġiji li jiġġeddu fil-konsum tal-enerġija finali gross avvanzax biżżejjed għall-UE biex tilħaq il-mira ta’ 20 fil-mija sal-2020 skont id-direttiva dwar il-promozzjoni tal-użu ta’ enerġiji li jiġġeddu, u l-effettivita’ tal-UE u tal-appoġġ mill-istati membri għall-ġenerazzjoni tal-elettriku mir-riħ u mill-pannelli fotovoltajiċi.
L-ewwel katalist lejn il-progress fl-enerġiji li jiġġeddu kienet id-direttiva nnifisha, u t-tieni l-iskemi ta’ appoġġ mill-istati membri biex jinċentivaw l-investiment. Madankollu, il-progress sinifikanti sa mill-2005 kien segwit b’deċellerazzjoni f’setturi tar-riħ u tal-enerġija mix-xemx wara l-2014. Sal-2017, nofs l-istati membri jew kienu laħqu l-miri tal-2020 jew inkellu kienu qrib biex jilħquhom. Għall-istati membri l-oħrajn, li jiksbu l-miri nazzjonali tibqa’ sfida sinifikanti li teħtieġ aktar sforz.
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabet li skemi ta’ appoġġ inizjali ssussidjaw iżżejjed l-iskjerament tar-riħ u l-enerpija mill-pannelli fotovoltajiċi. L-inkoraġġiment għall-irkanti u l-użu tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadin huma kruċjali għaż-żieda fl-investiment u t-tisħiħ tal-kundizzjonijiet tal-iskjerament, bħal jingħelbu r-regolamenti restrittivi fl-ippjanar spazjali, id-dewmien tal-proċeduri amministrattivi u insuffiċjenzi tal-grilja.
Meta tħares lejn l-2030, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabet li l-pakkett dwar l-Enerġija Nadifa tal-2016 tal-Kummissjoni Ewropea iħejji l-pedament għal ambjent aħjar fl-investiment. Madankollu, in-nuqqas ta’ miri nazzjonali jistgħu jostakolaw il-kisba tal-mira Ewropea ta’ mill-inqas 32 fil-mija għall-2030.