L-elezzjonijiet tal-2019: il-partiti politiċi Ewropej
Huwa rikonoxxut b’mod wiesa’ li l-partiti politiċi Ewropej se jkollhom rwol kruċjali għall-futur tal-proċedura Spitzenkandidaten. F’dan ir-rigward, il-kummentaturi konsistentement jindikaw bi kbir u, qabel l-2014, sfida bla preċedenti ta’ kampanja mifruxa b’mod wiesgħa u b’ħafna lingwi f’27 jew 28 pajjiż, ilkoll bil-kultura politika u sensittivitajiet tagħhom.
Il-Kummissjoni għamlet rakkomandazzjonijiet (fi Frar 2018) f’dan ir-rigward, u ssuġġeriet, per eżempju, għażla bikrija tal-kandidati ewlenin (idealment sa tmiem l-2018), sabiex jitħalla iżjed żmien għall-kampanja. Hi wkoll talbet għal aktar viżibbilta’ tal-kandidati ewlenin kif ukoll tal-kuntatti bejn il-partiti Ewropej u dawk nazzjonali – filwaqt li tirrikonoxxi li bidliet fil-liġi elettorali jistgħu jkunu neċessarji għal dan f’uħud mill-istati membri.
Fir-resoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Frar, il-Parlament inkoraġġixxa lill-partiti Ewropej biex jinnominaw il-kandidati ewlenin tagħhom permezz ta’ ‘kompetizzjoni miftuħa, trasparenti u demokratika’. L-imsemmija komunikazzjoni tal-Kummissjoni enfasizzat ir-rwol li l-elezzjonijiet primarji jistgħu jwettqu biex jiggalvanizzaw l-interess fil-kampanja – idea aċċettata minn diversi kummentaturi.
Barra minn hekk, xi osservaturi jissuġġerixxu li l-parteċipazzjoni ta’ ‘gruppi kritiċi u Ewroxettiċi’ flimkien mal-partiti tradizzjonali se jibbenefikaw b’mod ġenwin fid-dibattiti u jagħmluhom aktar relevanti.
Sad-29 ta’ April, sitt partiti għażlu n-nominati tagħhom. Dibattitu televiżiv bejn il-kandidati ewlenin, ko-organizzat mill-Parlament, sar fil-15 ta’ Mejju 2019. Dibattiti oħrajn mistennija jsiru, inkluż f’Firenze u fi Maastricht.