Id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg (DIER) organizza konferenza nazzjonali dwar il-Futur tax-Xogħol fil-Palazz Verdalail-Buskett nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Mejju 2019. 

Il-konferenza kienet indirizzata mill-għola awtoritajiet tal-pajjiżfosthom, mill-President ta’ Malta George Vella, mill-Prim Ministru Joseph Muscat u mill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia. 

L-iskop ta’ din il-koneferenza kien li jingħata bidu għal konsultazzjoni bejn  il-Gvernil-partijiet interessati u l-imsieħba soċjali dwar id-dokumentWork for a Brighter Futuretal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO). 

Id-dokument tal-ILO jevalwa kif  il-Gvernijiet rispettiviflimkien mal-unions u l-assoċjazzjonijiet ta’ min iħaddemjassiguraw  is-sostenibbilta‘ tal-impjiegi permezz  tal-iżvilupp u t-trawwim fil-ħiliet li jirrikjedi s-suq tax-xogħol tal-lum u ta’ għada. 

Josef Vella,  il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workersattenda din  il-konferenza u kien wieħed mill-kelliema f’diskussjoni li ffukat fuq id-drittijiet fundamentali għal kull ħaddiemMatul id-diskussjoni kienu trattati numru ta’ suġġetti bħal pagi diċenti għal għajxien adekwatlimiti u flessibbilta‘ fil-ħinijiet tax-xogħol, is-saħħa u s-sigurta‘ fil-post tax-xogħol kif ukoll l-użu ta’ negozjar kollettiv għat-tisħiħ tal-kundizzjonijiet tax-xogħol. 

Matul din id-diskussjonisaret referenza għall-avvanzi teknoloġiċibħall-intelliġenza artifiċjali, l-awtomazzjoni u r-robotika, li se joħolqu  impjiegi ġoddaIżda ġie enfasizzat li dawk li se jitilfu x-xogħol tagħhom f’din it-transizzjoni se jkun l-inqas mgħammra biex jaħtfu opportunitajiet ġodda. 

Kien enfasizzat li rridu naħtfu l-opportunitajiet ippreżentati minn dawn il-bidliet sabiex jinħoloq futur aħjar u sabiex ikun hemm is-sigurta‘ ekonomika, l-opportunitajiet indaqs u  tirrenja l-ġustizzja soċjali. 

Josef Vella stqarr li għandna nibqgħu nżommu lill-ħaddiem u x-xogħol li jagħmel fiċ-ċentru tal-politika ekonomika u soċjali. Hu żied li policiesattivi dwar is-suq tax-xogħol għandhom ikunu iżjed pro-attivi. 

Il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workersukoll saħaq dwar il-bżonn li ż-żgħażagħ u l-ħaddiema jkomplu jitħarrġu filwaqtli jkollhom id-dritt biexjitgħallmu ħiliet ġodda. 

Fid-diskussjoni ntqal li l-futur tax-xogħol jeħtieġ sistema għall-ħarsien soċjali li tkun b’saħħitha u li tkun  ibbażata fuq il-prinċipji tas-solidarjeta‘. 

Fil-konferenza saret enfasi dwar il-bżonn li jiżdiedu l-opportuntajiet sabiex tissaħħaħ il-kwalita‘ ta’ ħajjet il-ħaddiemaImma mingħajr azzjoni deċiżiva, se nkunu qed ngħixu f’dinja li twessa‘ l-inugwaljanzi u l-inċertezzi eżistenti.