X’inhu baġit?
Tixtieq tkun taf aktar għaliex ibbaġitjar huwa importanti?
Ara l-filmat ‘X’Inhu Baġit’ tagħna billi tagħfas hawn.
ĠEMMA u l-Bank Ċentrali ta’ Malta daħlu fi sħubija strateġika fl-2020 biex jiżviluppaw sensiela ta’ videos edukattivi dwar l-ibbaġitjar. Tista’ ssib dawn il-videos kollha fuq il-paġna Videos ĠEMMA. Il-filmati huma bil-Malti.
Niżżel l-App Planner tal-Baġit tal-ĠEMMA billi tagħfas hawn.
Biex tniżżel il-manwal tal-app ikklikkja hawn.
Il-filmati huma preżentati minn Vanessa Macdonald li hi ġurnalista Maltija li kienet ukoll l-editur ta’ rivista finanzjarja popolari ta’ kull ġimgħa u diversi portals tal-internet. Illum Vanessa hi l-Koordinatur tal-Komunikazzjoni tal-Bank Ċentrali ta’ Malta.
Matul il-ġimgħat u x-xhur li ġejjin se npoġġu din is-serje ta’ videos fuq il-portal tagħna. L-ewwel video li nedejna flimkien huwa ‘X’inhu Baġit?’ Tista’ tara dan il-filmat billi tagħfas fuq il-link. F’dan il-video Vanessa tiddiskuti l-punti li ġejjin:
- Il-bżonn li tagħmel baġit.
- Id-differenza bejn dak li għandek bżonn u dak li trid.
- Għaliex għandek tipprijoritizza.
- Għaliex għandek tistabbilixxi miri finanzjarji.
- Kif tmexxi l-baġit tiegħek.
- Introduzzjoni dwar il-MY ĠEMMA Budget Planner.
Nistennew bil-ħerqa li nisimgħu mingħandek. Aħna f’ĠEMMA ninkoraġġuk biex taqsam dan il-link mal-ħbieb tiegħek jew pubblikament fuq il-paġna tal-Facebook tiegħek.
Żur il-paġna ĠEMMA Facebook u agħtina LIKE!