Twelidt fl-1962 jew wara? Taf tassew kif taħdem is-sistema tal-pensjoni fir-rigward tiegħek?
Niżżel billi tagħfas hawn il-gwida ĠEMMA li tispjega b’’mod sempliċi kif taħdem is-sistema tal-pensjoni fir-rigward tiegħek jekk titwieled fl-1962 jew wara.
Fit-18 ta’ Ġunju ĠEMMA ippubblika r-riżultati ta’ stħarriġ li wettaq dwar l-għarfien fost persuni li twieldu fl-1962 jew wara, dwar kif taħdem is-sistema tal-pensjoni fir-rigward tagħhom. L-istampa ġenerali hija inkwetanti. Ħafna nies għandhom idea estremament vaga dwar kif taħdem is-sistema tal-pensjoni tal-Istat u kif taffettwahom direttament. Dan ifisser li hemm numru għoli ta’ individwi li qed jippjanaw l-irtirar tagħhom abbażi ta’ informazzjoni limitata, jekk mhux ħażina.
Kif tikklassifika l-għarfien tiegħek dwar kif taħdem il-pensjoni tal-Istat u kif taffettwak?
- Kunfidenti ħafna
- Kunfidenti biżżejjed
- Mitluf kompletament
Biex jgħinek tifhem aħjar kif taħdem is-sistema tal-pensjoni fir-rigward tiegħek ĠEMMA ħejjiet din il-gwida. Din il-gwida tispjega l-elementi ewlenin tas-sistema tal-pensjoni tal-Istat u kif dawn jaffettwawk – b’mod sempliċi. Qabel ma taqra l-gwida nissuġġerixxu li timla l-kwestjonarju fl-appendiċi A. Dan jippermettilek tivvaluta l-livell ta’ għarfien tiegħek dwar il-pensjoni tal-Istat. Wara, nissuġġerixxu li taqra l-gwida u r-riżorsi l-oħra. Ladarba tagħmel hekk, nirrakkomandaw li timla l-kwestjonarju għat-tieni darba. Billi tagħmel hekk, tkun tista’ tqabbel it-tweġibiet tal-kwestjonarju li sar qabel u li sar wara mat-tweġibiet korretti li ssib fl-anness B tal-gwida. Ipprova tħarisx lejn it-tweġibiet qabel ma timla l-kwestjonarju.
Napprezzaw is-suġġerimenti tiegħek dwar kif nistgħu ntejbu t-tixrid tal-informazzjoni – kemm fir-rigward ta’ kif inwassluha u l-lingwaġġ li nużaw. Ħerqana li nisimgħu mingħandek fuq gemma@gov.mt.
Tista’ wkoll tuża dawn ir-riżorsi addizzjonali:
- Kontenut dwar diversi kwistjonijiet relatati mas-sistema tal-pensjoni tal-Istat – Agħfas hawn.
- Filmati dwar kif taħdem is-sistema tal-pensjoni tal-Istat u kif tista’ taffettwak – Agħfas hawn.
Jekk tixtieq titgħallem aktar dwar il-pensjonijiet tal-Istat, il-ġestjoni tal-flus u l-kapaċità finanzjarja, nistednuk iżżur il-paġna tal-FAQs tagħna.
Nissuġġerixxu wkoll li tmur fuq il-paġna tal-għodda tagħna.
Hawnhekk issib portal għal għodda utli żviluppati mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, li wieħed minnhom huwa s-servizz elettroniku li permezz tiegħu jista’jkollok stima ta’ kemm se tieħu pensjoni meta tirtira.
Għidilna l-ħsibijiet tiegħek. Ħerqana li nisimgħu mingħandek. Aħna f’ĠEMMA nħeġġukom biex taqsmu din il-link jew il-video ma’ sħabek fuq Facebook.
Żur il-paġna ta’ Facebook ta’ ĠEMMA u agħmlilna like!