L-edukazzjoni terzjarja tifforma parti importanti mill-aġenda ekonomika u soċjali ta’ kull pajjiż. Hi tipprovdi wkoll element prinċipali tal-iżvilupp professjonali kontinwu ta’ ħafna nies. 

It-Taqsima tal-Boroż ta’ Studju fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol f’Malta ppubblikat żewġ skemi mmirati biex jappoġġjaw l-edukazzjoni terzjara ta’ kwalita’ mil-Livell 7 MQF ‘il fuq. L-iskema ENDEAVOUR u l-iSkema ta’ Boroż ta’ Studju għall-Edukazzjoni Terzjarja (TESS) it-tnejn ifittxu biex jikkontribwixxu lis-suq tax-xogħol Malti bl-aħjar  individwi mħarrġa, billi jipprovdulhom l-opportunita’ għall-applikanti sabiex japplikaw għal korsijiet preżenti u oħrajn  fil-futur rispettivament. Taħt iż-żewġ skemi, l-applikanti jistgħu biss japplikaw għal kwalifiki f’livell għola mill-kwalifika li diġà għandhom. Barra minn hekk, l-applikanti jistgħu japplikaw għal kwalunkwe kors (Master jew Dottorat), amministrat minn istituzzjoni rikonoxxuta mill-NCFHE, lokalment jew f’pajjiżi oħrajn. 

L-applikanti interessati huma mistiedna japplikaw billi jużaw l-applikazzjoni  elettronika fuq: www.myscholarship.gov.mt sas-6 ta’  Ġunju 2018.  L-applikanti interessati jridu joqogħdu għal intervista minn Bord tal-Evalwazzjoni, qabel ma r-riżultati jkunu pubblikati. 

Għal  aktar informazzjoni kkuntattja lil MEUSAC fuq funding.meusac@gov.mt jew ċempel fuq 2200 3300.