Mill-1 ta’ Lulju 2018, il-konsumaturi Ewropej bdew jibbenefikaw minn regolamenti ġodda li  jipprovdu drittijiet ġodda għal min isiefer. 

Ir-regolamenti Ewropej il-ġodda jipprovdu protezzjoni kemm għan-negozji kif ukoll għall-konsumaturi li bbukkjaw vaganzi ma’ aġenzija jew għal rashom. Dan ifisser li, l-vaganzi tradizzjonali mhux biss ikunu protetti, imma bir-regolamenti l-ġodda, il-konsumaturi li jibbukkjaw forom differenti ta’ vjaġġar,  inkluż vaganzi bbukkjati mill-individwu, ukoll  se jkunu protetti. 

  • Il-konsumaturi se jibbenefikaw minn: 
  • Informazzjoni aktar ċara; 
  • Flus lura u ripatrijazzjoni f’każ ta’ falliment  finanzjarju; 
  • Regoli aktar ċari dwar kontabbilta’; 
  • Drittijiet aktar  qawwija ta’ kanċellazzjoni; 
  • Dritt għal akkomodazzjoni jekk il-vjaġġ lura d-dar ma  jseħħx; 
  • Assistenza lill-vjaġġaturi. 

Ir-regoli l-ġodda wkoll huma ta’ benefiċċju għan-negozji, ma’: 

  • Regoli aktar ċari,  sabiex ikunu faċilitati l-attivitajiet minn  fruntiera għal oħra; 
  • Rekwiżiti moderni għall-informazzjoni li m’għadhomx  ibbażati esklussivament fuq fuljetti tal-ivjaġġar; 
  • Piż regolatorju mnaqqas. 

Sabiex il-progress ta’ din id-direttiva jkun monitorjat, il-Kummissjoni se teżamina kif ir-regolamenti ġew trasposti u huma applikati f’kull stat membru. B’riżultat ta’ dan,  se tkun qed tesegwixxi l-miżuri li hi tarahom bħala  neċessarji.