Pakkett tas-Safar ġdid tal-UE
Mill-1 ta’ Lulju 2018, il-konsumaturi Ewropej bdew jibbenefikaw minn regolamenti ġodda li jipprovdu drittijiet ġodda għal min isiefer.
Ir-regolamenti Ewropej il-ġodda jipprovdu protezzjoni kemm għan-negozji kif ukoll għall-konsumaturi li bbukkjaw vaganzi ma’ aġenzija jew għal rashom. Dan ifisser li, l-vaganzi tradizzjonali mhux biss ikunu protetti, imma bir-regolamenti l-ġodda, il-konsumaturi li jibbukkjaw forom differenti ta’ vjaġġar, inkluż vaganzi bbukkjati mill-individwu, ukoll se jkunu protetti.
- Il-konsumaturi se jibbenefikaw minn:
- Informazzjoni aktar ċara;
- Flus lura u ripatrijazzjoni f’każ ta’ falliment finanzjarju;
- Regoli aktar ċari dwar kontabbilta’;
- Drittijiet aktar qawwija ta’ kanċellazzjoni;
- Dritt għal akkomodazzjoni jekk il-vjaġġ lura d-dar ma jseħħx;
- Assistenza lill-vjaġġaturi.
Ir-regoli l-ġodda wkoll huma ta’ benefiċċju għan-negozji, ma’:
- Regoli aktar ċari, sabiex ikunu faċilitati l-attivitajiet minn fruntiera għal oħra;
- Rekwiżiti moderni għall-informazzjoni li m’għadhomx ibbażati esklussivament fuq fuljetti tal-ivjaġġar;
- Piż regolatorju mnaqqas.
Sabiex il-progress ta’ din id-direttiva jkun monitorjat, il-Kummissjoni se teżamina kif ir-regolamenti ġew trasposti u huma applikati f’kull stat membru. B’riżultat ta’ dan, se tkun qed tesegwixxi l-miżuri li hi tarahom bħala neċessarji.