“Jekk mhux se noqogħdu attenti, se jkollna sitwazzjonijiet fejn l-atteġġjament razzist jibqa’ jikber.”

Dan qalu l-Prof. Andrew Azzopardi, id-Dekan tal-Fakultà għall-Ħarsien Soċjali, f’intervista li saritlu minn Voice of the Workers b’reazzjoni għal artiklu li deher fil-ġurnal Times of Malta u li ġie pubblikat fil-jiem li għaddew.

Il-Professur Azzopardi jisħaq li l-politika ta’ integrazzjoni f’Malta falliet.

Fl-artiklu, miktub mill-Professur Azzopardi u bil-kollaborazzjoni ta’ Dr. Colin Calleja, id-Dekan tal-Fakultà tal-Edukazzjoni, ġie enfasizzat li migration is a challenge that is here to stay. Voice of the Workers staqsa lill-Professur Azzopardi x’għandu jsir mill-Gvern biex tabilħaqq jindirizza din il-kwistjoni bis-serjetà.

Dan il-portal staqsa wkoll jekk il-poplu Malti hux tassew solidali mal-proxxmu. Staqsa, fuq kollox, jekk il-Malti hux razzist.