Il-kejl u l-monitoraġġ ta’ żviluppi u sfidi soċjo-ekonomiċi għat-tfal u l-familji tagħhom huma kruċjali għall-ħarsien ta’ dan  l-aspett tas-soċjeta’ u biex jinqasmu l-aħjar prattiċi. 

Il-pjattaforma Ewropea għall-Investiment fit-Tfal (EPIC) hi  pjattaforma virtwali bbażata fuq l-evidenza li tipprovdi informazzjoni dwar policies li jistgħu jgħinu lit-tfal u lill-familji tagħhom sabiex jaffaċċjaw l-isfidi li jeżistu fil-klima ekonomika preżenti fl-Ewropa. 

Dan l-aħħar, EPIC ħarġet verżjonijiet aġġornati tal-profili tal-pajjiżi inklużi f’din il-pjattaforma. L-aħħar profili tal-pajjiżi disponibbli fuq EPIC jipprovdu rendikont aġġornat tal-policies preżenti għat-tfal u l-familji tagħhom fil-pajjiżi kollha tal-UE. 

Il-profili juru l-aħħar żviluppi u sfidi soċjo-ekonomiċi għat-tfal u l-familji. Barra minn hekk, il-profili huma strutturati fuq it-tliet pilastri tal-politika tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea  ta’ Frar 2013 dwar Ninvestu fit-Tfal: Inkissru ċ-Ċiklu tal-Iżvantaġġ. 

Skont il-profil ta’ Malta, il-pajjiż “ikkonsolida l-isforzi tiegħu lejn it-tisħiħ tat-tfal u ninvestu fil-ħarsien tagħhom kif imfisser fil-Programm Nazzjonali ta’  Riforma ta’ Malta, il-Politika Nazzjonali tat-Tfal   imniedi fl-2017 u l-Politika Strateġika Nazzjonali għat-Tnaqqis tal-Faqar u għall-Inklużjoni Soċjali 2014-2024”.