Ir-riżultati tal-Ewrobarometru, intitolat ‘Id-demokrazija miexja, l-Elezzjonijiet Ewropej: sa sena oħra’, ikkonferma mill-ġdid l-appoġġ kontinwu taċ-ċittadini għall-UE. 

L-istudju wkoll sab li 67 fil-mija tal-Ewropej huma konvinti li l-pajjiż tagħhom jibbenefika mis-sħubija fl-UE – l-ogħla rata li qatt ġiet irreġistrata sa mill-1983. Xi 48 fil-mija qalu li huma jemmnu li l-vuċi tagħhom tgħodd fl-UE. 

Kważi terz ta’ min wieġeb l-istudju (32 fil-mija) qalu li huma jafu d-data tal-elezzjonijiet Ewropej fl-2019, filwaqt  li 50 fil-mija qalu li huma interessati fl-elezzjonijiet. 

Il-maġġoranza ta’ min wieġeb f’Malta (61 fil-mija) qalu li huma totalment interessati fl-affarijiet Ewropej, jiġifieri seba’ punti perċentwali aktar mill-medja tal-UE. Il-pajjiż bl-ogħla rata ta’ interess kien l-Olanda. Għal darb’oħra, 61 fil-mija tal-Maltin qalu li huma totalment  interessati fl-elezzjonijiet li jmiss filwaqt li 66 fil-mija jikkunsidrawha importanti ħafna li jivvotaw fl-elezzjonijiet tal-2019. 

Itfa’ il-vot tiegħek 

Kampanja bl-isem, ‘Din id-darba se nivvota, u int?’ ukoll ġiet imnedija u hi marbuta mal-elezzjonijiet Ewropej fl-2019. Malli tirreġistra, tirċievi aġġornamenti sa ftit jiem qabel l-elezzjonijiet. Żur https://www.thistimeimvoting.eu/ biex tirreġistra.