Waħda mir-raġunijiet ewlenin għaliex Brexit b’ebda qbil qed joħloq tħassib evidenti kemm lir-Renju Unit u fuq il-parti Ewropea, huwa attribwit għall-problemi kummerċjali u l-implikazzjonijiet  li se jinqalgħu. Jekk ir-Renju Unit iħalli l-UE mingħajr ftehim, li s’issa qed ikun l-aktar xenarju possibbli, l-arranġamenti kummerċjali kollha inkluż l-aċċess għal nuqqas ta’ tariffi bejn ir-Renju Unit u s-swieq Ewropej, se jintilef. Meta wieħed iħares lejn iċ-ċifri tal-2018, l-UE tibqa’ l-aktar sieħeb kummerċjali importanti għar-Renju Unit; fil-fatt, 46 fil-mija tal-esportazzjonijiet totali tar-Renju Unit huma lejn l-UE u r-Renju Unit jimporta 54 fil-mija tal-importazzjonijiet kollha tagħha mill-UE. Dan jagħmel sens, mhux biss għax ir-Renju Unit għadu (s’issa) stat membru Ewropew, imma wkoll minħabba l-importanza tal-UE fil-kummerċ internazzjonali. Il-Prodott Domestiku Gross jammonta għal iżjed minn €15-il triljun, u dan jistabbilixxieh bħala wieħed mit-tliet kontributuri fil-kummerċ internazzjonali b’sehem ta’ 15.6 fil-mija tal-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet madwar id-dinja. 

Dan jagħmel lill-UE mhux biex biss reġjun attraenti imma kważi entità inevitabbli biex tinnegozja magħha. Fil-fatt, grazzi għall-qawwa ekonomika u kummerċjali tagħha bħala blokk ta’ 28 stat membru, l-UE irnexxielha tinnegozja kważi 40 ftehim ta’ kummerċ ħieles li jinkludu aktar minn 70 pajjiż madwar id-dinja. Il-politika kummerċjali tal-UE tmur lil hinn mill-eliminazzjoni tal-ostakli kummerċjali, bħalma huma l-kwoti  u tariffi meta jsir kummerċ ma’ pajjiżi oħrajn. Grazzi għall-ftehim kummerċjali stabbiliti mill-UE, kien hemm żieda ta’ opportunitajiet kummerċjali għal negozju Ewropew u intrapriżi biex jesportaw il-prodotti u s-servizzi tagħhom ‘il barra mill-UE. Żieda fil-kummerċ permezz ta’ ftehim ta’ kummerċ ħieles tappoġġja t-tkabbir ekonomiku kif ukoll ix-xogħol, bl-aħħar statistika turi li l-esportazzjonijiet tal-UE jappoġġjaw 36 miljun impjieg madwar l-UE. Ftehim ta’ kummerċ ħieles ukoll jagħmluha ċert li l-importazzjonijiet li ġejjin mill-UE ikunu kompatibbli mal-aħjar livelli fis-sigurtà, soċjali u ambjentali. 

Għalhekk, f’dan il-kuntest, Brexit b’ebda qbil ċertament  mhux ir-riżultat ippreferut, speċjalment f’din it-tip ta’ dinja globalizzata ekonomika li ngħixu  fiha llum fejn l-UE qed toħroġ bħala entità ewlenija. Se jkun hemm effetti ċari, u l-estent tiegħu se jkun evidenti fix-xhur u fis-snin li ġejjin.