Dan huwa wieħed mill-vidjows li pproduċejna flimkien mal-Bank Ċentrali ta’ Malta fis-serje tagħna tal-ibbaġitjar.

Niżżel il-video maħruġ mil-Bank Ċentrali ta’ Malta, flimkien ma’ ĠEMMA, fuq ‘Immaniġġja l-infiq tiegħi tal-Xmas u tas-Sena l-Ġdida ’ billi tagħfas hawn.

Ippermettuli nintroduċi lil familja ta’ ĠEMMA.  Jiena Tony. Jien ir-raġel ta’ Maria.  Jiena naħdem bħala manager f’negozju kbir fl-industrija tas-servizzi.  Marti, Maria, għandha 40 sena u taħdem fin-negozju tal-familja ta’ missieri.  Għandna żewġt itfal:  Matthias, it-tifel tagħna li għandu 11-il sena, u li bħalissa jinsab fl-iskola sekondarja, u Angele, bintna li għandha 17-il sena u li qed tlesti l-fażi tal-iskola sekondarja għolja matul din is-sena skolastika.

Niżżel il-‘My Baby Planner’ ta’ ĠEMMA billi tagħfas hawn.

Il-clearance sales tal-Ħarifa għaddejjin ġmielhom. Staqsejt lil Angele jekk tkunx trid tiġi tixtri miegħi ir-rigali tal-Milied.  “Mela inti tlaqt minn moħħok jew! Inti taf li għadu Ottubru!” qaltli Angele.

Weġibta li x-xiri tal-Milied jitlob l-ippjanar bħal kull ħaġa oħra. Inkella meta jasal il-Milied ikollok tħallas prezzijiet għola biex tixtri r-rigali.  Għalhekk norganizza x-xiri tal-Milied b’dan il-mod:

  • F’Ottubru, waqt li jkunu għadejjin is-sales tal-Ħarifa, nixtri affarijiet sportivi tad-ditta, għal nofs il-prezz li jkunu xi ġimgħa qabel, għal Matthias.
  • F’April, wara li jkunu waqfu l-clearance sales tax-Xitwa, nixtri ħwejjeġ sbieħ tax-Xitwa tad-ditta – għal darb’oħra għal nofs il-prezz li kienu jkunu xi ġimgħa qabel.
  • Fil-Black Friday, noqgħod indur u nixtri r-rigali tiegħek, kif ukoll xi rigal zgħir għalija nnifsi.
  • U f’Cyber Monday, jiena nixtri r-rigal ta’ Tony.

Rigali ta’ kwalità għal kulħadd u li kieku jiswewni minn tal-anqas id-doppju tal-prezz Nafx li huwa Ottubru?  U Żgur li naf.  

Għarrafna bil-ħsibijiet tiegħek, filwaqt li nistennew bil-ħerqa li nisimgħu mingħandek. F’ĠEMMA ninkoraġġuk biex tagħti din il-link jew dan il-video, flimkien mal-kalkulatur, lill-ħbieb jew pubblikament fuq il-paġna tiegħek ta’ Facebook stess.

Żur il-paġna ta’ ĠEMMA fuq Facebook u agħmlilna LIKE!