Dan huwa wieħed mill-filmati li produċejna flimkien mal-Bank Ċentrali ta’ Malta fis-serje tal-ibbaġitjar tagħna.

Niżżel il-video ‘Tippjana it-Tieġ Tiegħek’ maħruġ mill-Bank Ċentrali ta’ Malta, flimkien ma’ ĠEMMA, billi tagħfas hawn.

Ippermettuli nintroduċi lil familja ta’ ĠEMMA.  Jiena Tony. Jien ir-raġel ta’ Maria.  Jiena naħdem bħala manager f’negozju kbir fl-industrija tas-servizzi.  Marti, Maria, għandha 40 sena u taħdem fin-negozju tal-familja ta’ missieri.  Għandna żewġt itfal:  Matthias, it-tifel tagħna li għandu 11-il sena, u li bħalissa jinsab fl-iskola sekondarja, u Angele, bintna li għandha 17-il sena u li qed tlesti l-fażi tal-iskola sekondarja għolja matul din is-sena skolastika.

Niżżel il-‘Wedding Budget Calculator’ ta’ ĠEMMA billi tagħfas hawn taħt.

In-neputija tiegħi, Kylie, sa’ tiżżewweġ fi żmien ħames xhur jew hekk. Kull ma’ nisma’ waqt li nkun id-dar mingħand Maria u Angele huwa rigward it-tħejjijiet ta’ dan l’imbierek tieġ.

Kylie qaltilna li stiednet 800 persuna għat-tieġ : litteralment iridu lil kulħadd ikun hemm u z-ziju Mike irid jgħid lill-imsieħba kollha tan-negozju tiegħu. “Pa - taf fejn sejrin jagħmlu t-tieġ?- Se jikru dak il-palazz privat fl-Imdina – tal-ġenn kemm hu sabiħ!” 
“Ton, taf fejn sejrin Kylie u żewġha għall-honeymoon?” staqsiet Mary. “Sejrin it-Tajlandja, l-Indja u l-Awstralja u se jqattgħu xahrejn b’kollox. Ilbieraħ Maria qaltli li Kylie se jkollha tliet bands fit-tieġ - band popolari bħalissa; mużiċist popolari mal-ġenerazzjoni tiegħi u Mary, flimkien ma’ dwett popolari fuq il-vjolin u l-pjanu għal min iħobb il-mużika klassika. L-idea hi li hekk żgur ikun hemm mużika għal kulħadd.”
Bejn u bejn ruħi għidt, imma dan fil-verità kollu ġenn.  Kylie u l-għarus tagħha għadhom ser jibdew il-ħajja tagħhom, u ser jidħlu f’dan id-dejn kollu minn issa.  Vera li ż-żwieġ huwa wieħed mill-isbaħ jiem, imma ngħid jien, xorta tista’ jkollok jum mill-isbaħ u ta’ barra minn hawn mingħajr ma’ tpoġġi lilek innifsek f’sitwazzjoni fejn se tispiċċa tagħmel mill-inqas tlett snin tħallas għalih.  Possibbli, biex tieħu pjaċir fil-honeymoon  tiegħek għandektmur fin-naħa l-oħra tad-dinja biex ikollok esperjenza sabiħa? U tassew, meta tiftakar f’dik il-libsa u l-ħwejjeġ kollha tal-għarusa.

Għarrafna bil-ħsibijiet tiegħek, filwaqt li nistennew bil-ħerqa li nisimgħu mingħandek. F’ĠEMMA ninkoraġġuk biex tagħti din il-link jew dan il-video, flimkien mal-kalkulatur, lill-ħbieb jew pubblikament fuq il-paġna tiegħek ta’ Facebook stess.

Żur il-paġna ta’ ĠEMMA fuq Facebook u agħmlilna Like!