Ir-rapport li kien pubblikat dan l-aħħar mill-Awditur Ġenerali dwar il-ftehim għall-privatizzazzjoni ta’ tliet sptarijiet pubbliċi (San Luqa, Karin Grech u Għawdex) wera li dan il-ftehim swielna b’kollox €416-il miljun minn flus il-poplu li minnhom €268 miljun ma nafux kif intefqu.

Dan il-feature jitfa’ dawl fuq dan il-ftehim billi jispjega, il-kobor tas-somom involuti. Il-feature intwera għall-ewwel darba fil-jiem li għaddew fuq il-paġna ta’ Facebook tal-UHM Voice of the Workers u rawh aktar minn 7,000 persuna. Minkejja li dan il-feature hu bbażat biss fuq fatti, kien hemm attentati biex ikun iċċensurat tant li saret ilment lil Facebook. Madankollu, il-UHM qalet li mhux se tkun intimidata u mhux se tħalli minn jgħamillha sarima biex toqgħod kwieta fuq dan l-iskandlu.

 Il-video jinsab ukoll fuq YouTube.