It-tikketti fuq l-ikel għall-konsumaturi
Studju kkummissjonat mill-Kumitat PETI tal-Parlament Ewropew sab li provvediment għal tagħrif aktar ikkonsolidat tal-ikel huwa meħtieġ u li jikkunsidra d-drittijiet fundamentali individwali, l-interessi differenti tal-istati membri u r-riżultati mix-xjenza politika, mill-ekonomija u mix-xjenza dwar l-imġieba.
Il-liġi dwar l-informazzjoni fuq l-ikel għandha tiġi murija bħala parti minn taħlita ta’ policies minflok metodu preferut ta’ regolamentazzjoni. Ir-raġunar wara l-liġi tal-ikel jista’ jgħabbi lill-konsumaturi bl-informazzjoni. Artiklu 4 II FIR, li jeħtieġ verifika li t-tagħrif huwa fil-fatt meħtieġ fuq il-parti tal-maġġornaza tal-konsumaturi, għandha bżonn rwol aktar prominenti, li jwassal għal rialinjament mirqum ta’ provvediment ta’ informazzjoni b’għarfien tal-ekonomija, ix-xjenza tal-imġieba u x-xjenza politika. Bidla minn enfasi fuq it-test għal użu dejjem jiżdied tal-viżwali fil-liġi tal-informazzjoni teħtieġ li tiġi elaborata.
Il-liġi dwar l-informazzjoni fuq l-ikel teħtieġ li tiġi disinjata biex tkun rilevanti għal gruppi speċifiċi ta’ konsumaturi tal-ikel. L-eċċezzjoni fl-ittikkettjar tal-alkoħol għandha tiġi diskussa. Il-ftehim volontarju preżenti ma jmurx lil hinn biżżejjed. Talbiet volontarji għandhom ikunu regolati aktar intensament. Il-provvedimenti fl-ittikkettjar tal-GMO għandhom jitħaddmu. Inizjattivi ta’ policies eżistenti, fejn il-bżonn ta’ intervent huwa diġa’ iġġustifikat bix-xjenza, għandhom jittieħdu b’mod effettiv.
Bħala risposta għall-petizzjonijiet, l-istudju sab li l-eżenzjoni mit-tikkettjar għal ikel diġa’ fil-pakketti f’Artiklu 44 FIR għandha tiġi investigata mill-ġdid. It-tikkettjar ta’ pajjiż tal-oriġini fl-UE għandu jkun ikkonsolidata. Regolamenti ta’ informazzjoni li jagħmlu lill-konsumatur konxju f’każ li l-laħam ġie maqtul b’mod illegali jistgħu jkunu mod sabiex ikun realizzat it-tir ta’ Artiklu 13 TFEU. Il-Kummissjoni għandha tagħmel użu mill-poteri f’Art. 36 III b) FIR sabiex ikun iċċarat l-użu tal-kliem vegan u vegetarian.
Regolamenti adekwati fuq l-infurzar ta’ stat membru tal-liġi tal-ikel tal-UE għall-konsumatur fuq livell Ewropew huma ġustifikati. L-użu taz-zokkor fl-ikel għandu jkun regolat bl-aktar mod strett. Is-sweeteners taz-zokkor fl-ikel għat-tfal żgħar għandu jkun projbit. L-UE għandha toqgħod lura milli tintroduċi t-traffic light system, iżda minflok tikkunsidra serjament l-introduzzjoni tan-Nutri-Score labelling.