Prepara t-tfal tiegħek għad-dinja tax-xogħol dan is-sajf waqt li jieħdu pjaċir! 

Għax wasal is-sajf, wasal iż-żmien li tagħmel il-memorji. Li tipprepara t-tfal tiegħek għad-dinja tax-xogħol illum il-ġurnata qatt mhu kmieni! Għalhekk, aħtaf din l-opportunità dan is-sajf u prepara t-tfal tiegħek għad-dinja tax-xogħol waqt li jieħdu pjaċir!  

FSS Summer Club ser jagħti:

1. Lit-tfal tiegħek perspettivi ġodda  

Jekk temmen li tista’ tagħmilha, tibda tara quddiemek opportunitajiet ġodda. Jekk temmen li ma tistax, quddiemek tibda tara biss ostakli. Waħda mill-aktar ħaġa effettiva li joffri l-FSS Summer Club huwa li l-istudenti jkollhom l-opprtunità li jesperjenzaw sitwazzjonijiet u postijiet tax-xogħol differenti li jgħinuhom jifhmu aħjar dak li jridu jagħmlu f’ħajjithom.  

2. Spinta l-kunfidenza tat-tfal tiegħek  

Il-kunfidenza tiġi mhux biss meta tkun dejjem tajjeb imma wkoll li ma tibżax li tkun ħażin. Waħda mill-aqwa affarijiet li joffri l-FSS Summer Club huwa l-aspett soċjali. F’dan is-Summer Club l-istudenti ser ikollhom l-opportunità li jintegraw ma’ xulxin permezz ta’ logħob interattiv, jieħdu sehem fdiskussjonijiet u jagħmlu preżentazzjonijiet żgħar. L-għan ewlieni huwa li ngħinu lill-istudenti ma jibqgħux jibżgħu li jitkellmu fil-pubbliku u jemmnu aktar fihom infushom!  

3. Jiksbu ħiliet ġodda  

Sakemm ma jirnexxilekx toħroġ mill-qoxra tiegħek u tipprova tagħmel xi ħaġa aktar minn dak li diġà tgħallimt qatt ma jirnexxielek tikber. Illum il-ġurnata huwa importanti li tikseb għadd ta’ ħiliet li mhumiex biss marbuta mal-istudju bħal: kreattività, empatija, attitudni pożittiva, kontroll tal-ħin u li tkun kapaċi taħdem f’tim. Dan kollu jista’ jintlaħaq f’FSS Summer Club dan is-sajf!  

4. Sens ta’ sodisfazzjoni u suċċess 

Tistenniex l-opportunità imma oħloqha intLi tibgħat lit-tfal tiegħek f’FSS Summer Club żgur li ser tkabbar is-sens ta’ suċċess tat-tfal tiegħek. Is-Summer Club jesponi lill-istudenti għal ħiliet ġodda li għandhom bżonn matul il-ħajja. Għalhekk, li jaslu lura d-dar u t-tfal ikollhom is-sensazzjoni li tgħallmu xi ħaġa ġdida jew li tejbu l-ħiliet tagħhom – mingħajr ebda dubju ser ikollhom sens ta’ sodisfazzjon! Aħna nitammaw biss li dawk il-ħiliet li kisbu jew tejbu jibqgħu magħhom matul ħajjithom kollha.  

5. L-istudenti ser jesperjenzaw u jżuru diiversi postijiet tax-xogħol  

Tismax biss dak li jgħidu. Imma ara b’għajnejk dak li jgħidulekL-għan ewlieni tagħna huwa li t-tfal tagħkom jaraw l-importanza ta’ dawn il-ħiliet daqskemm narawhom aħna. Għalhekk, l-istudenti li jattendu dan is-Summer Club ser ikollhom l-opportunità li jmorru fuq diversi postijiet tax-xogħol. 

6. Jgħin l-istudenti jiżviluppaw aħjar il-ħiliet soċjali tagħhom 

L-aktar ħaġa essenzjali għall-bniedem hija li jinftiehem u li jkun mifhum. FSS Summer Club huwa esperjenza totalment differenti minn dik tal-iskola. L-istudenti kull ħin ser ikollhom l-opportunità li jitħalltu, juru l-opinjonijiet tagħhom waqt li jieħdu pjaċir. Dan ser jgħinhom sabiex jibdew juru rispett lil xulxin u jitgħallmu jaħdmu flimkien! Ħiliet li kontinwament huma mfittxija fuq il-post tax-xogħol.  

7. Opportunità li dan is-sajf it-tfal tagħkom jagħmlu ħbieb ġodda  

Il-lingwa tal-ħbiberija mhijiex biss kliem imma tifsir. Fl-attivitajiet kollha dan is-sajf, it-tfal tagħkom ser ikunu qed jitħalltu ma’ tfal tal-età tagħhom. Dan jiżgura li l-istudenti jifhmu aħjar it-tifsira u l-valur ta’ ħbiberija vera.  

8. Jassigura li jagħti lit-tfal tiegħek memorji li jibqgħu jiftakruhom għal dejjem   

L-aktar affarijiet sbieħ mhumiex marbuta mal-flus; imma mal-memorji u l-mumenti. Kull darba li tieħdu t-tfal tagħkom xi mkien ġdid jew tagħmlu xi ħaġa ġdida magħhom, inkonxjament tkunu qed toħolqu memorji ġodda u dak huwa li nixtiequ nagħmlu f’dan is-Summer Club.  

Għalhekk, tħallix it-tfal tiegħek joħolmu biss dwar il-karriera tagħhom imma għejnhom jilħquha