Wara li kkunsidrat il-possibbiltà li tgħaqqad il-programm Ewropa Kreattiva ma’ programmi oħrajn li jappoġġjaw il-valuri, id-drittijiet  u l-ġustizzja Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li tkompli bil-programm Ewropa Kreattiva bħala programm għalih, u dan billi żżidlu l-budget tiegħu b’17 fil-mija. 

L-uniku programm li jiffoka esklussivament fuq l-attivitajiet kulturali u kreattivi kif ukoll dwar l-intrapriżi, Ewropea Kreattiva jaqa’ taħt it-titlu ‘Koeżjoni u valuri’ tal-qafas finanzjarju  multiannwali 2021-2027. Il-programm eżistenti jiffoka fuq id-dimensjoni ekonomika tas-settur kulturali u l-kontribut tiegħu għall-ħolqien tax-xogħol u t-tkabbir ekonomiku. 

Xi partijiet interessati diġà urew it-tħassib  tagħhom talli ttieħdet azzjoni ekonomika qawwija  fuq il-kultura. Taħt il-programm propost, id-dimensjoni ekonomika timxi pari passu mad-dimensjoni soċjali u mal-kontribut tal-kultura lejn  ir-relazzjonijiet  internazzjonali. 

Il-qafas propost għal politika kulturali, allura jenfasizza mhux biss id-dimensjoni ekonomika tas-setturi kulturali u kreattivi, imma wkoll ir-rwol tal-kultura fil-koeżjoni soċjali u  r-relazzjoni tagħha lejn il-libertà kreattivi u artistika u d-diversità, kif ukoll il-libertà u  l-pluraliżmu tal-media. Kemm il-Parlament kif ukoll il-Kunsill Ewropew diġà qablu fuq pożizzjonijiet dwar il-proposta u n-negozjati bejn it-tliet partijiet ingħataw bidu fil-ħarifa tas-sena li għaddiet.