Il-Premju Daphne Caruana Galizia għall-Ġurnaliżmu – Sejħa għall-parteċipazzjoni
Il-Parlament Ewropew nieda uffiċjalment il-website kif ukoll is-sejħa għall-parteċipazzjoni għall-Premju Daphne Caruana Galizia għall-Ġurnaliżmu.
Dan se jirrikonoxxi kull sena l-eċċellenza fil-ġurnaliżmu li jippromwovi jew jiddefendi l-prinċipji u l-valuri fundamentali tal-Unjoni Ewropea bħad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem.
Il-Premju huwa miftuħ għall-ġurnalisti professjonisti u t-timijiet ta’ ġurnalisti professjonisti ta’ kull nazzjonalità biex jissottomettu xogħlijiet li jkunu ġew pubblikati jew imxandra mill-media bbażata f’wieħed mis-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.
Ġurija indipendenti komposta minn rappreżentanti tal-istampa u tas-soċjetà ċivili mis-27 Stat Membru Ewropew u rappreżentanti tal-Assoċjazzjonijiet Ewropej tal-Ġurnaliżmu se tagħżel ir-rebbieħa. Iċ-ċerimonja tal-premjazzjoni se ssir kull sena viċin is-16 ta’ Ottubru, id-data li fiha ġiet assassinata Daphne Caruana Galizia. Din is-sena, iċ-ċeremonja se ssir nhar il-Ħamis 14 ta’ Ottubru fil-Parlament Ewropew.
Il-premju u l-valur fi flus ta’ €20,000 huma turija tal-appoġġ qawwi tal-Parlament Ewropew għall-ġurnaliżmu investigattiv u l-importanza tal-media ħielsa. F’riżoluzzjoni adottata f’Mejju 2018, il-MPE appellaw lill-pajjiżi tal-UE biex jiżguraw finanzjament pubbliku adegwat u l-promozzjoni ta’ media pluralista, indipendenti u ħielsa (ara l-paragrafu J).
Il-ġurnalisti jistgħu jibagħtu l-artiklu/artikli tagħhom online fuq