Il-Patt Ewropew għall-Ħiliet
Il-Patt Ewropew għall-Ħiliet twaqqaf fl-10 ta’ Novembru 2020 biex jgħaqqad lil min iħaddem, ħaddiema, servizzi pubbliċi tal-impjiegi, awtoritajiet reġjonali u oħrajn biex jidentifikaw liema ħiliet se jkunu meħtieġa f’setturi differenti tal-ekonomija biex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel għal ambjent aktar ekoloġiku u s-soċjetà diġitali. Permezz tiegħu se jkunu qed jiksbu ħiliet ġodda aktar minn 1.5 ċittadin fl-Ewropa.
L-irkupru mill-pandemija tal-Covid-19 aċċellera r-ritmu tal-bidla fil-mod kif ngħixu, nitgħallmu u naħdmu, kif ukoll kif nagħmlu progress fil-karrieri tagħna. Li jkollok il-ħiliet it-tajba hu essenzjali għas-suċċess tal-individwi f’suq tax-xogħol li qed jinbidel malajr.
Fl-aħħar sena, il-Patt irnexxielu jibni alleanzi b’saħħithom biex jinħolqu aktar opportunitajiet għal nies fl-età tax-xogħol madwar l-Ewropa biex jitgħallmu ħiliet ġodda u jtejbu l-prospetti tagħhom fis-suq tax-xogħol u fuq ix-xogħol. Aktar minn 450 organizzazzjoni diġà ffirmaw dan il-Patt.
Dawk li jingħaqdu mal-Patt jimpenjaw ruħhom għal charter biex jibnu inizjattivi ta’ ħiliet ta’ kwalità u inklużivi u jaħdmu kontra d-diskriminazzjoni u għal opportunitajiet indaqs.
Il-Patt huwa wieħed mit-12-il azzjoni ewlenija tal-Aġenda Ewropea tal-Ħiliet li l-Kummissjoni ppreżentat f’Lulju 2020.
Ingħaqad mal-Patt għall-Ħiliet billi tiffirma hawn.